+Artikolu 111 Dispożizzjonijiet speċifiċi
---+Artikolu 111 1.
---+Artikolu 111 2.
|
Artikolu 111 Dispożizzjonijiet speċifiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 111 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali u miżuri oħra tal-inqas fir-rigward taċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
nuqqas li jitfasslu, jinżammu u jiġu aġġornati pjanijiet ta’ rkupru u pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp, li jiksru l-Artikoli 5 jew 7;
(b)
nuqqas ta’ notifika lill-awtorità kompetenti bl-intenzjoni li tingħata għajnuna finanzjarja lil grupp li jiksru l-Artikolu 25;
(c)
nuqqas li tkun provduta l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni li jiksru l-Artikolu 11;
(d)
nuqqas tal-maniġment ta’ korp ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun qed tfalli jew probabbli tfalli, li jiksru l-Artikolu 81(1).
|
|
Artikolu 111 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali u l-miżuri amministrattivi l-oħra li jkunu jistgħu jiġu applikati jkunu mill-anqas jinkludu dawn li ġejjin:
(a)
dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika, istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja, intrapriża prinċipali tal-Unjoni jew persuna ġuridika responsabbli u n-natura tal-ksur;
(b)
ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;
(c)
projbizzjoni temporanja kontra membru tal-korp maniġerjali jew maniġment anzjan tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tinżamm responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet f’istituzzjonijiet jew entitajiet msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(d)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti. Fejn il-persuna ġuridika hija sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat li jirriżulta mill-kontabilità konsolidata tal-intrapriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;
(e)
fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi pekunarji ta’ sa EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;
(f)
multi amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub minħabba l-ksur fejn fejn dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi determinat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|