+Artikolu 112 Pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi
---+Artikolu 112 1.
---+Artikolu 112 2.
---+Artikolu 112 3.
---+Artikolu 112 4.
|
Artikolu 112 Pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 112 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fil-websajt uffiċjali tagħhom tal-inqas kwalunkwe penali amministrattiva li tkun ġiet imposta minnhom għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva fejn tali penali ma kienux is-suġġett ta’ appell jew fejn id-dritt ta’ appell jkun ġie eżawrit. Tali publikazzjoni għandha ssir mingħajr dewmien mhux dovut wara li l-persuna fiżika jew ġuridika li tirċievi l-penali tiġi infurmata b’dik id-deċiżjoni, inkluż informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fir-rigward tiegħu tiġi imposta l-penali. Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta’ penali li dwarhom ikun hemm appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblikaw fuq il-websajt uffiċjali tagħhom, informazzjoni dwar l-istatus ta’ dak l-appell u l-eżitu tiegħu.
|
|
Artikolu 112 2.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali imposti minnhom fuq bażi anonima, b’mod li jikkonforma mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
meta l-penali tiġi imposta fuq persuna fiżika u jintwera li l-pubblikazzjoni ta’ dejta personali hi sproporzjonata minn valutazzjoni a priori obbligatorja tal-proporzjonalità ta’ tali pubblikazzjoni;
(b)
meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;
(c)
meta l-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn jista’ jiġi ddeterminat, dannu sproporzjonat għall-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew l-persuni fiżiċi involuti.
Alternattivament, f’dawn il-każijiet, il-pubblikazzjoni tad-dejta inkwistjoni tista’ tiġi posposta għal perjodu ta’ żmien raġonevoli, jekk jista’ jkun previst li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima jieqfu milli jeżistu f’dak il-perjodu.
|
|
Artikolu 112 3.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tibqa’ fuq il-websajt uffiċjali tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin. Id-dejta personali li tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fil-websajt uffiċjali tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti għall-perijodu li jkun meħtieġ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.
|
|
Artikolu 112 4.
|
Sat-3 ta’ Lulju 2016 l-ABE għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ penali mill-Istati Membri fuq bażi anonima kif previst taħt paragrafu 2 u, partikolarment fejn kien hemm diverġenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f’dak ir-rigward. Dak ir-rapport għandu jindirizza wkoll kwalunkwe diverġenza sinifikattiva matul il-pubblikazzjoni ta’ penali skont id-dritt nazzjonali għall-Istati Membri għall-pubblikazzjoni tal-penali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|