|
+Artikolu 114 Applikazzjoni effikaċi tal-penali u l-eżerċizzju tas-setgħat impożizzjoni ta’ penali mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni |
Artikolu 114 Applikazzjoni effikaċi tal-penali u l-eżerċizzju tas-setgħat impożizzjoni ta’ penali mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoniArtikolu 114 Applikazzjoni effikaċi tal-penali u l-eżerċizzju tas-setgħat impożizzjoni ta’ penali mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell tal-multi amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, inkluż fejn adatt:
(a)
il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
(b)
il-livell ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, pereżempju, kif indikata mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;
(d)
l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, safejn ikunu jistgħu jiġu determinati;
(e)
it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn ikun jista’ jiġi determinat;
(f)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni;
(g)
ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;
(h)
kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|