|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.Fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkonferixxu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE, fl-oqsma stipulati speċifikament fl-atti leġislattivi msemmijin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni. L-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta’ politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun li jiddetermina l-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-atti. L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Fl-istess ħin, l-Awtorità għandha tgħaddi dawk l-istandards tekniċi għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Qabel ma tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm tali konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux ferm sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tadottahx. Il-Kummissjoni tista’ testendi dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien debitu fejn l-adozzjoni ma tistax isseħħ fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni parzjalment biss, jew b’emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan. Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tadottax abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew ikollha l-intenzjoni li tadottah parzjalment jew b’emendi, hi għandha tibagħtu lura lill-Awtorità fejn tispjega għaliex hija ma għandhiex l-intenzjoni li tadottah jew, fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi fih. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F’perjodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa’ tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni li ma jkunx emendat b’mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard tekniku ta’ implimentazzjoni bl-emendi li hija tikkunsidra rilevanti jew tirrifjutah. Il-Kummissjoni ma għandhiex tbiddel il-kontenut ta’ abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|