+Artikolu 29 1.

Artikolu 29 1.

L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta’ kultura superviżorja komuni tal-Unjoni u prattiki superviżorji konsistenti, kif ukoll biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni. L-Awtorità, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

li tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;

▼M8

(aa) 

li tistabbilixxi prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 29a;

(ab) 

li tistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 45b biex tippromwovi l-konverġenza superviżorja u jiġu identifikati l-aħjar prattiki;

▼M8

(b) 

li tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, li jirrigwarda l-kwistjonijiet rilevanti kollha, inklużi ċ-ċibersigurtà u l-attakki ċibernetiċi, b’rispett sħiħ għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data previsti fl-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni;

▼B

(c) 

li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar, u standards internazzjonali tal-kontabilità skont l-Artikolu 1(3);

▼M11

(d) 

li tirrevedi l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, u tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn xieraq, inkluż emendi biex:

(i) 

jitneħħew rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni żejda jew obsoleti, u jimminimizzaw l-ispejjeż, filwaqt li jippreservaw l-użabbiltà u l-kwalità tad-data;

(ii) 

jiġu żgurati rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni proporzjonati u konsistenti; u

(iii) 

jiġu indirizzati lakuni regolatorji relatati mar-rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni;

▼M8

(e) 

li tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, inkluż fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u għodod oħrajn; u

▼M8

(f) 

li daħħal fis-seħħ sistema ta’ monitoraġġ biex tivvaluta riskji ambjentali, soċjali u ta’governanza li jkunu materjali, filwaqt li tqis il-Ftehim ta’ Pariġi għall-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Ġnus Magħquda dwar it-Tibdil fil-Klima.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1093
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.