Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f’forma mqassra jew aggeregata, b’tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
▼M8
L-obbligu taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux iżomm lill-Awtorità u lill-awtoritajiet kompetenti milli jużaw l-informazzjoni għall-infurzar tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u, b’mod partikolari, għall-proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.