|
+Artikolu 1 |
Artikolu 1Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil, jew mingħajr il-qafas, li jkollha minn ta’ lanqas erba’ roti u li tkun kapaċi tilħaq veloċità li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq ►M9 linji u tratturi agrikoli u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli. ◄ L-Artikolu 2 L-ebda Stat Membru ma jista’, fuq il-bażi li tirigwardja l-livell permissibli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust, jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew nazzjonali rigward tip ta’ vettura jew tip ta’ sistema ta’ l-exhaust jew ta’ komponenti ta’ din is-sistema meqjusa bħala unità teknika separata, — jekk il-vettura tissodisfa il-ħtiġiet ta’ l-Anness I rigward il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust, — jekk is-sistema ta’ l-exhaust jew xi komponent tagħha, ikkunsidrat bħala unità teknika separata skond it-tifsira ta’ ►M9 ‘l-Artikolu 2 ◄ tad-Direttiva 70/156/KEE tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Anness II. L-Artikolu 2a 1. L-ebda Stat Membru ma jista’, fuq raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust, jiċħad jew jipprojbixxi il-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura li fiha l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Anness I. 2. L-ebda Stat Membru ma jista’, fuq bażi li tirrigwardja l-livell permissibli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust, jipprojbixxi l-preżentazzjoni fis-suq ta’ sistema ta’ l-exhaust jew ta’ xi komponent tagħha ikkunsidrat bħala unità teknika separata skond it-tifsira ta’ ►M9 ‘l-Artikolu 2 ◄ tad-Direttiva 70/156/KEE jekk, skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2, hija tip li fir-rigward tiegħu l-approvazzjoni tat-tip kienet mogħtija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|