Artikolu 17
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, format li skontu l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva kif meħtieġ skont l-Artikolu 10. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni li tinkludi mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jkunu għamlu disponibbli skont l-Artikolu 10 u dan l-Artikolu.
▼B