|
+Artikolu 8 |
Artikolu 8Artikolu 8 Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 78/319/KEE ( 2 ), kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1985, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li: — fil-kors tal-ġarr u tad-depożitu ta' l-iskart li jkun fih il-fibri jew it-trab ta' l-asbestos, l-ebda fibra jew trab minn dan ma għandhom jitħallew joħorġu fl-arja u li ma għandu jinxtered l-ebda likwidu li jkun fih il-fibri ta' l-asbestos, — meta l-iskart li jkun fih il-fibri jew it-trab ta' l-asbestos jintefa f'radam f'lokalitajiet liċenzjati għal dan il-għan, dan l-iskart għandu jiġi trattat, imballat jew imgħotti hekk li jiġi pprevenut il-ħruġ ta' partikoli ta' l-asbestos fl-ambjent, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet lokali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|