|
+Artikolu 4 ---+Article 4 1. ---+Article 4 1a. ---+Article 4 2. ---+Article 4 3. ---+Article 4 4. |
Artikolu 4Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir għandu ma jkun skarikat ikun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti ieħor kif ġej: — sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2000 għall-skariki kollha minn agglomerazzjoni ta’ aktar minn 15 000 e.p., — sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005 għall-skariki kollha minn agglomerazzjoni ta’ bejnl-10 000 u l-15 000 e.p., — sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005 għal skariki li jispiċċaw f’ilma ħelu u estwarji minn agglomerazzjonijiet ta’ bejn l-2 000 u l-10 000 e.p. (1a) Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li d-drenaġġ urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir hu, qabel ma jkun skarigat, suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti: — sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 15 000 p.e., flimkien ma l-agglomerazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 (2a), li ser ikopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott; — sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 2 000 p.e. 2. Skariki ta’ ilma mormi urban għal ġo ilmijiet li jinsabu f’reġjuni ta’ muntanji għoljin (aktar minn 1 500 mil fuq mil-livell tal-baħar), fejn huwa diffiċli li wieħed japplika trattament bioloġiku effettiv minħabba t-temperaturi baxxi, jista jkun suġġett għal trattament inqas strett minn dak preskritt fil-paragrafu 1, sakemm studji dettaljati juru li dawk l-skariki ma jaffettwawx lill-ambjent b’mod negattiv. 3. L-iskariki minn impjanti ta' trattament ta' ilma mormi urban deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jilħqu l-kriterji rilevanti ta' l-Anness I. B. Il-Kummissjoni tista' temenda dawn il-kriterji. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). 4. It-toqol espress f’termini ta’ e.p. għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tat-toqol massimu medju ta’ ġimgħa li jidħol fl-impjant ta’ trattament matul is-sena, esklużi biss sitwazzjonijiet mhux tas-soltu bħal dawk li jiġu kkawżati minn xita qalila. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|