|
+Artikolu 5 ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. ---+Article 5 2a. ---+Article 5 3. ---+Article 5 4. ---+Article 5 5. ---+Article 5 6. ---+Article 5 7. ---+Article 5 8. |
Artikolu 5Artikolu 5 1. Għall-għanijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru 1993 għandhom jidentifikaw żoni sensittivi skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness II. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir ikun, qabel ma jippermettu l-iskarikar tiegħu f’żoni sensittivi, soġġett għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998 għall-skariki kollha minn agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 10 000 e.p. (2a) B'deroga mill-paragrafu 2, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li d-drenaġġ urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir hu, qabel ma jkun skarigat, suġġett għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4 — sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 10 000 p.e., flimkien mal-agglomerazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(1a), li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott. 3. L-iskariki minn impjanti ta' trattament ta' ilma mormi urban deskritti fil-paragrafu 2 għandhom jilħqu l-kriterji rilevanti ta' l-Anness I B. Il-Kummissjoni tista' temenda dawn il-kriterji. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). 4. Alternattivament, kriterji għall-impjanti individwali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 hawn fuq m’għandhomx għalfejn ikunu applikabbli f’żoni sensittivi fejn jista’ jintwera li l-persentaġġ minimu ta’ tnaqqis tat-toqol ġenerali li jidħol fl-impjanti tat-trattament ta’ l-ilma mormi kollha f’dik iż-żona jkun minn ta’ lanqas 75 % għall-fosfru totali u minn ta lanqas 75 % għan-nitroġenu totali. 5. Skariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban li jkunu jinsabu fiz-żoni li fihom jinġabar l-ilma relevanti ta’ żoni sensittivi u li jikkontribwixxu għat-tniġġis ta’ dawn iż-żoni għandhom ikunu soġġetti għall-paragrafi 2, 3 u 4. F’każijiet fejn iż-żoni li jinġabar fihom l-ilma msemmija fuq ikunu jinsabu kompletament jew parzjalment fi Stat Membru ieħor, għandu japplika l-Artikolu 9. 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identifikazzjoni ta’ żoni sensittivi tkun riveduta f’intervalli ta’ mhux aktar minn erba’ snin. 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żoni identifikati bħala sensittivi wara li jkunu ġew riveduti taħt il-paragrafu 6 għandhom jilħqu l-kriterji hawn fuq imsemmija fi żmien seba’ snin. 8. Stat Membru m’għandux għalfejn jidentifika żoni sensittivi għall-għan ta’ din id-Direttiva jekk dan jimplimenta t-trattament stabbilit taħt il-paragrafi 2, 3 u 4 fit-territorju kollu tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|