Artikolu 16
Mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE tas-7 ta’ Ġunju 1990 dwar il-libertà t’aċċess għall-informazzjoni fuq l-Ambjent (
5
), l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull sentejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet relevanti jippubblikaw rapporti tas-sitwazzjoni dwar id-disponiment ta’ l-ilma mormi urban u l-ħama fiz-zoni tagħhom. Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri hekk kif ikunu ppubblikati.