|
+L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1L-Artikolu 1 Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
(a)
konservazzjoni tfisser għadd ta’ miżuri meħtieġa biex jiġu mantnuti jew ripristinati l-habitat naturali u l-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa fi stat favorevoli kif imfisser f’(e) u (i);
(b)
habitat naturali jfissru żoni terrestri jew akwatiċi distinti permezz ta’ fatturi ġeografiċi, abiotiċi u biotiċi, sew jekk huma totalment naturali jew parzjalment naturali;
(ċ)
tipi ta’ habitat naturali li huma ta’ interess għall-Komunità jfissru dawk li, fi ħdan it-territorju msemmi fl-Artikolu 2:
(i)
huma fil-periklu li jgħibu mill-firxa naturali tagħhom; jew
(ii)
għandhom firxa naturali żgħira minħabba r-rigress tagħhom jew minħabba ż-żona intrinsikament ristretta tagħhom; jew
(iii)
eżempji attwali li jispikkaw tal-katatteristiċi tipiċi ta’ waħda jew aktar tad-disa reġjuni bijoġeografiċi li ġejjin: l-Alpin, l-Atlantiku, l-Baħar l-Iswed, il-Boreali, l-Kontinentali, l-Makaroneżjan, il-Mediterran, il-Pannoniku u l-Isteppiku. Dawk it-tipi ta’ habitat naturali huma elenkati jew jistgħu jkunu elenkati fl-Anness I;
(d)
tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità tfisser tipi ta’ habitat naturali li qegħdin fil-periklu li jgħibu għal kollox, li jinsabu fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2 u li l-Komunità għandha responsabbiltà partikolari għall-konservazzjoni tagħhom minħabba l-proporzjon tal-firxa naturali tagħhom li tinsab fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2; dawn it-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità huma indikati b’asterisk (*) fl-Anness I;
(e)
l-istat ta’ konservazzjoni ta’ habitat naturali jfisser l-influwenzi kollha li jagħfsu fuq l-habitat naturali u l-ispeċi tipiċi tiegħu li jistgħu jaffettwaw it-tqassim naturali tiegħu fit-tul, l-istruttura u l-funzjonijiet kif ukoll l-għajxien fit-tul ta’ l-ispeċi tipiċi tiegħu fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2. L-istat ta’ konservazzjoni ta’ habitat naturali jitqies “favorevoli” meta:
—
il-medda naturali tiegħu u ż-żoni li jkopri f’dik il-medda huma stabbli jew qed jiżdiedu, u
—
l-istruttura speċifika u l-funzjonijiet li huma meħtieġa biex ikun mantenut fit-tul jeżistu u x’aktarx jibqgħu jeżistu fil-ġejjieni prevedibbli, u
—
l-istat ta’ konservazzjoni ta’ l-ispeċi tipiċi hu favorevoli kif imfisser f’(i);
(f)
l-habitat naturali ta’ speċi jfisser l-ambjent definit permezz ta’ fatturi speċifiċi abiotiċi u biotiċi, li fihom jgħix l-ispeċi fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu bioloġiku tiegħu;
(g)
l-ispeċi li huma ta’ interess għall-Komunità jfissru dawk l-ispeċi li, fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2, huma:
(i)
fil-periklu, ħlief dawk l-ispeċi li l-medda naturali tagħhom hi żgħira f’dak it-territorju u li mhumiex fil-periklu li jinqerdu jew vulnerabbli fir-reġjun paleartiku tal-punent; jew
(ii)
vulnerabbli, jiġifieri x’aktarx maħsuba li qed jersqu lejn il-kategorija fil-periklu fil-ġejjieni qrib jekk il-fatturi kawżattivi jibqgħu jaħdmu; jew
(iii)
rari, jiġifieri b’popolazzjonijiet żgħar li bħalissa mhumiex fil-periklu jew vulnerabbli, iżda li jinsabu f’riskju. L-ispeċi jinsabu f’żoni ġeografiċi ristretti jew huma mifruxa bil-ftit fuq medda aktar kbira; jew
(iv)
endemiċi u jeħtieġu attenzjoni partikolari minħabba n-natura speċifika ta’ l-habitat naturali tagħhom u/jew l-impatt qawwi ta’ l-isfruttament tagħhom fuq l-habitat naturali tagħhom u/jew l-impatt potenzjali ta’ l-isfruttament tagħhom fuq l-istat ta’ konservazzjoni tagħhom. Dawk l-ispeċi huma elenkati jew jistgħu jiġu elenkati fl-Anness II u/jew l-Anness IV jew V;
(h)
speċi ta’ priorità jfissru dawk l-ispeċi msemmija f’(g) (i) li l-Komunità għandha responsabbiltà għall-konservazzjoni tagħhom minħabba d-daqs tal-firxa naturali tagħhom li tinsab fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2; dawn l-ispeċi ta’ priorità huma indikati permezz ta’ asterisk (*) fl-Anness II;
(i)
l-istat ta’ konservazzjoni ta’ speċi jfisser l-ammont miżjud ta’ influwenzi li jaġixxu fuq l-ispeċi konċernati u li jistgħu jaffettwaw it-tqassim fit-tul u l-abbundanza tal-popolazzjonijiet ta’ dik l-ispeċi fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2; L-istat ta’ konservazzjoni jitqies “favorevoli” meta:
—
l-informazzjoni fuq iċ-ċaqliq tal-popolazzjoni konċernata jindikaw li qed tieħu ħsieb tagħha nnifsha fit-tul bħala komponent vjabbli ta’ l-habitat naturali tagħha, u
—
il-firxa naturali ta’ l-ispeċi la qiegħda titnaqqas u lanqas m’għandha xejra li titnaqqas fil-ġejjieni prevedibbli, u
—
hemm, u x’aktarx jibqa’ jkun hemm, habitat naturali kbir biżżejjed biex iżomm il- popolazzjonijiet tagħha fit-tul;
(j)
sit tfisser żona definita ġeografikament li dwarha hemm indikat b’mod ċar sa fejn twassal;
(k)
sit ta’ importanza għall-Komunità tfisser sit li, fir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi li jinsab fih, jgħin b’ mod sinifikanti fil-manteniment jew fir-ripristinar fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ tip ta’ habitat naturali fl-Anness I jew ta’ speċi fl-Anness II u jista’ wkoll jgħin b’ mod sinifikanti għall-koerenza ta’ Natura 2000 imsemmija fl-Artikolu 3, u/jew jgħin b’ mod sinifikanti fil-ħarsien tad-diversità bioloġika fi ħdan ir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi konċernati. Għall-ispeċi ta’ l-annimali li jimirħu fuq żoni kbar, is-siti ta’ importanza għall-Komunità għandhom jaqblu mal-postijiet fil-medda naturali ta’ dawk l-ispeċi li joffru l-fatturi fiżiċi jew bioloġiċi essenzjali għall-għijxien u r-riproduzzjoni tagħhom;
(l)
żona speċjali ta’ konservazzjoni tfisser sit ta’ importanza għall-Komunità nnominat mill-Istati Membri permezz ta’ att statutorju, amministrattiv u/jew kuntrattwali li bih il-miżuri meħtieġa ta’ konservazzjoni huma applikati għall-manteniment jew għar-ripristinar, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u/jew il-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi li għalihom is-sit ġie nominat;
(m)
kampjun tfisser kwalunkwe annimal jew pjanta, sew jekk ħaj jew mejjet, mill-ispeċi elenkati fl-Anness IV u fl-Anness V, kwalunkwe parti jew biċċa ġejja minnu, kif ukoll kwalunkwe prodott ieħor li jidher, minn dokument mehmuż magħhom, mill-ippakkjar jew mill-marka jew tikketta, jew minn kwalunkwe ċirkostanza oħra, li huwa partijiet jew biċċiet mill-annimali jew pjanti ta’ dawk l-ispeċi;
(n)
il-kumitat ifisser il-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 20. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|