+L-Artikolu 8
---+L-Artikolu 8 1.
---+L-Artikolu 8 2.
---+L-Artikolu 8 3.
---+L-Artikolu 8 4.
---+L-Artikolu 8 5.
---+L-Artikolu 8 6.
|
L-Artikolu 8
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 8 1.
|
B’mod parallel mal-proposti tagħhom għas-siti eleġibbli biex ikunu nominati bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni, li jilqgħu fihom tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità u/jew speċi ta’ priorità, l-Istati Membri għandhom jibagħtu, kif jixraq, lill-Kummissjoni l-estimi tagħhom marbuta ma’ parti mill-finanzjament min-naħa tal-Komunità li huma jqisu li hu meħtieġ biex ikunu jistgħu jħarsu l-obbligi tagħhom skond l-Artikolu 6(1).
|
|
L-Artikolu 8 2.
|
Bi ftehim ma’ kull Stat Membru konċernat, il-Kummissjoni għandha tidentifika, għas-siti ta’ importanza għall-Komunità li għalihom hu mfittex l-ikkofinanzjament, dawk il-miżuri li huma essenzjali għaż-żamma jew ir-ripristinar fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli tat-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità u l-ispeċi ta’ priorità fis-siti konċernati, kif ukoll l-ispejjeż totali li jġibu magħhom dawk il-miżuri.
|
|
L-Artikolu 8 3.
|
Il-Kummissjoni, bi ftehim ma’ l-Istati Membri konċernati, tagħmel stima tal-finanzjament, inkluż il-ko-finanzjament, meħtieġ biex jitħaddmu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, billi tqis, fost affarijiet oħra, il-konċentrazzjoni fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità u/jew speċi ta’ priorità u l-piżijiet relattivi li jġibu magħhom il-miżuri meħtieġa.
|
|
L-Artikolu 8 4.
|
Skond l-istima msemmija fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tadotta, wara li tqis is-sorsi disponibbli ta’ finanzjament skond il-mezzi rilevanti tal-Komunità u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, qafas ta’ azzjoni ta’ priorità tal-miżuri li jinkludi il-kofinanzjament li jrid isir meta s-sit ikun nominat skond l-Artikolu 4(4).
|
|
L-Artikolu 8 5.
|
Il-miżuri li ma jkunux inżammu fil-qafas ta’ azzjoni għal nuqqas ta’ riżorsi suffiċjenti, kif ukoll dawk inklużi fil-qafas ta’ azzjoni msemmija hawn fuq li ma rċevewx il-ko-finanzjament meħtieġ jew li ngħataw parti biss mill-parti mill-ko-finanzjament, għandhom jiġu kunsidrati mill-ġdid skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, fil-kuntest ta’ reviżjoni ta’ darbtejn fis-sena ta’ l-qafas ta’ azzjoni u jistgħu, fil-frattemp, ikunu postposti mill-Istati Membri sakemm issir dik ir-reviżjoni. Din ir-reviżjoni għandha tqis, kif jixraq, il-qagħda l-ġdida tas-sit konċernat.
|
|
L-Artikolu 8 6.
|
F’żoni fejn il-miżuri li jiddependu minn parti mill-finanzjament huma posposti, l-Istati Membri ma għandhomx jieħdu miżuri ġodda li x’aktarx jwasslu għad-deterjorazzjoni ta’ dawk iż-żoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:31992L0043
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|