+L-Artikolu 14
---+L-Artikolu 14 1.
---+L-Artikolu 14 2.
|
L-Artikolu 14
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 14 1.
|
Jekk, in vista ta’ din is-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 11, l-Istati Membri jidhrilhom li hu meħtieġ, huma għandhom jieħdu miżuri li jiżguraw li t-teħid fis-selvaġġ ta’ kampjuni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġa elenkati fl-Anness V kif ukoll l-esplojtazzjoni tagħhom huwa kompatibbli ma’ li jinżammu fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli.
|
|
L-Artikolu 14 2.
|
Fejn dawk il-miżuri huma meqjusa li huma meħtieġa, huma għandhom jinkludu l-issoktar tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 11. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu wkoll b’mod partikolari:
—
regolamenti marbuta ma’ l-aċċess għal ċerta proprjetà,
—
projbizzjoni temporanja jew lokali mit-teħid ta’ kampjuni fis-selvaġġ u l-isfruttament ta’ ċerti popolazzjonijiet,
—
regolamentazzjoni dwar il-perjodi u/jew metodi ta’ teħid ta’ kampjuni,
—
l-applikazzjoni, meta jittieħdu l-kampjuni, ta’ regoli tal-kaċċa u tas-sajd li jieħdu kont tal-konservazzjoni ta’ dawk il-popolazzjonijiet,
—
l-istabbiliment ta’ sistema ta’ liċenzji biex jittieħdu l-kampjuni jew il-kwoti,
—
ir-regolamentazzjoni tax-xiri, bejgħ, offerta għall-bejgħ, żamma għall-bejgħ jew trasport għall-bejgħ ta’ kampjuni,
—
it-tgħammir fil-magħluq ta’ speċi ta’ annimali kif ukoll propagazzjoni artifiċjali ta’ speċi ta’ pjanti, f’kondizzjonijiet kontrollati b’mod strett, bil-ħsieb li jitnaqqas it-teħid ta’ kampjuni mis-selvaġġ,
—
l-evalwazzjoni ta’ l-effett tal-miżuri adottati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:31992L0043
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|