+L-Artikolu 17
---+L-Artikolu 17 1.
---+L-Artikolu 17 2.
---+L-Artikolu 17 3.

L-Artikolu 17

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
L-Artikolu 17 1.
Kull sitt snin mid-data ta’ meta jiskadi l-perjodu stabbilit fl-Artikolu 23, l-Istati Membri għandhom iħejju rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skond din id-Direttiva. Dan ir-rapport irid ikun fih b’mod partikolari l-informazzjoni dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) kif ukoll l-evalwazzjoni ta’ l-impatt ta’ dawk il-miżuri fuq l-istat ta’ konservazzjoni tat-tipi ta’ l-habitat naturali ta’ l-Anness I u l-ispeċi ta’ l-Anness II u r-riżultati ewlenin tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 11. Ir-rapport, magħmul skond l-għamla stabbilita mill-kumitat, irid jiġi mgħoddi lill-Kummissjoni u jkun aċċessibbli għall-pubbliku.
L-Artikolu 17 2.
Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport kompost ibbażat fuq ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1. Dan ir-rapport irid ikun fih evalwazzjoni xierqa tal-progress milħuq u, b’mod partikolari, tal-kontribut ta’ Natura 2000 biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Abbozz tal-parti tar-rapport li tkopri l-informazzjoni mogħtija minn Stat Membru għandu jintbagħat lill-Istat Membru msemmi għall-verifika. Wara li tingħata lill-kumitat, il-verżjoni finali tar-rapport tiġi pubblikata mill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn sentejn wara li tirċievi r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, u tintbagħat lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku.
L-Artikolu 17 3.
L-Istati Membri jistgħu jimmarkaw żoni nominati b’din id-Direttiva permezz ta’ avviżi tal-Komunità maħsuba għal dak il-għan mill-kumitat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:31992L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.