|
+L-Artikolu 3 Definizzjonijiet |
L-Artikolu 3 DefinizzjonijietL-Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva
1.
“l-imballaġġ” għandu jfisser il-prodotti kollha magħmula minn kull materjal tkun xi tkun in-natura tiegħu sabiex jintużaw għaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġjar, it-twassil u l-preżentazzjoni tal-merkanzija, minn materja prima sa prodotti pproċessati, mill-produttur sa l-utent jew il-konsumatur. Il-prodotti li mhumiex maħsubin sabiex jerġgħu jinġabru li jiġu wżati għall-istess skopijiet għandhom jitqiesu bħala imballaġġ ukoll. “L-imballaġġ” jikkonsisti biss fi-:
(a)
imballaġġ għall-bejgħ jew imballaġġ primarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità ta’ bejgħ lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-post fejn jinxtara;
(b)
imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi jew imballaġġ sekondarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi fil-post fejn jinxtara gruppi ta’ ċertu numru ta’ unitajiet tal-bejgħ kemm jekk dawn ta’ l-aħħar jiġu mibjugħa b’dan il-mod lill-utent jew lill-konsumatur finali kemm jekk iservu biss bħala mezz biex jimtlew l-ixkafef fil-post tal-bejgħ; jista’ jitneħħa mill-prodott mingħajr ma jaffettwa l-karatteristiċi tiegħu;
(ċ)
imballaġġ għat-trasport jew imballaġġ terzjarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jiġu mħeffa l-immaniġġjar u t-trasport ta’ numru ta’ unitajiet tal-bejgħ jew imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi sabiex ma ssirx ħsara mill-immaniġġjar fiżiku u waqt it-trasport. L-imballaġġ tat-trasport ma jinkludix il-kontejners li jinġarru fuq il-vetturi ta’ l-art, fuq il-ferrovija, fuq il-bastimenti jew fuq l-ajruplani. Id-definizzjoni ta' “ippakkjar” għandha tiġi bażata wkoll fuq il-kriterji stabbiliti hawn taħt. L-oġġetti msemmija f'Anness I huma eżempji illustrati ta' l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji.
(i)
L-oġġetti għandhom jiġu konsidrati bħala ippakkjar jekk jaderixxu mad-definizzjoni hawn fuq imsemmija mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet oħra li jista' jagħmel l-ippakkjar, kemm-il darba l-oġġett mhux parti integrali ta' prodott u huwa neċessarju li dak il-prodott jinżamm, jiġi sostnut jew priservat fit-tul taż-żmien tiegħu u l-elementi kollha huma intiżi li jintużaw, jiġu ikkonsmati jew mormija flimkien.
(ii)
L-oġġetti mfassla u ntiżi biex jimtlew fil-ħin tal-bejgħ tagħhom u l-oġġetti li ma jerġgħux jintużaw li jkunu mibjugħa, mimlija jew mfassla u intiżi biex jimtlew fil-ħin tal-bejgħ tagħhom għandhom jiġu ikkonsidrati bħala ippakkjar sakemm jaderixxu mal-funzjoni ta' ippakkjar.
(iii)
Komponenti ta' l-ippakkjar u elementi anċillari integrati fl-ippakkjar għandhom jiġu konsidrati bħala parti mill-ippakkjar li huma mdaħħla fih. L-elementi anċillari mdendla direttament fuq, jew imwaħħla mal-prodott u li jwettqu funzjoni ta' l-ippakkjar għandhom jiġu konsidrati bħala ippakkjar kemm-il darba m'humiex parti integrali ta' dan il-prodott u l-elementi kollha huma intiżi biex jiġu konsmati u mormija flimkien. ▼M7 —————
1a.
“plastik” għandha tfisser polimer fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), li miegħu jistgħu jkunu żdiedu addittivi jew sustanzi oħra, u li kapaċi jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-basktijiet;
1b.
“basktijiet tal-plastik” għandha tfisser basktijiet bil- jew mingħajr widna, magħmula mill-plastik, li huma fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ ta' oġġetti jew prodotti;
1c.
“basktijiet tal-plastik ħfief” għandha tfisser basktijiet tal-plastik […] bi ħxuna ta' inqas minn 50 mikroni […];
1d.
“basktijiet tal-plastik ħfief ħafna” għandha tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 15 mikroni u li huma meħtieġa għal skopijiet ta' iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel;
1e.
“basktijiet tal-plastik ossodegradabbli” għandha tfisser basktijiet tal-plastik magħmula minn materjali tal-plastik li jinkludu addittivi li jikkatalizzaw il-frammentazzjoni tal-materjal tal-plastik f'mikroframmenti;
2.
“skart mill-imballaġġ” tfisser kull imballaġġ jew materjal tal-imballaġġ li tkopri d-definizzjoni ta’ skart stipulata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE, esklużi residwi ta’ produzzjoni;
2a.
“imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża” tfisser imballaġġ li nħoloq, li ġie ddisinjat u li tqiegħed fis-suq biex matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jwettaq diversi vjaġġi jew rotazzjonijiet billi jimtela mill-ġdid jew jintuża mill-ġdid għall-istess skop li għalih kien inħoloq;
2b.
“imballaġġ imħallat” tfisser imballaġġ magħmul minn żewġ saffi jew aktar ta’ materjali differenti, u li ma jistax jiġi separat bl-idejn u jiffurma unità integrali waħda, li tikkonsisti minn reċipjent intern u interkjużura esterna, li hija mimlija, maħżuna, trasportata u żvujtjata bħala tali;
2c.
id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “maniġġar tal-iskart”, “ġbir”, “ġbir separat”, “prevenzjoni”, “użu mill-ġdid”, “trattament”, “irkupru”, “riċiklaġġ”, “rimi”, u “skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur” stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom japplikaw; ▼M7 —————
11.
“l-operaturi ekonomiċi” fir-rigward ta’ l-imballaġġ għandhom ifissru l-fornituri tal-materjali ta’ l-imballaġġ, il-produtturi ta’ l-imballaġġ u dawk li jimlew l-imballaġġ u l-utenti, l-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet statutorji;
12.
“ftehim volontarju” għandu jfisser il-ftehim formali milħuq bejn l-awtoritajiet kompetenti pubbliċi ta’ l-Istati Membri u s-setturi ekonomiċi interessati, li jrid ikun miftuħ għall-imsieħba kollha li jixtiequ jilħqu l-kondizzjonijiet tal-ftehim fil-ħsieb li jaħdmu ghall-għanijiet ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|