+L-Artikolu 9 Il-ħtiġiet essenzjali
---+L-Artikolu 9 1.
---+L-Artikolu 9 2.
---+L-Artikolu 9 3.
---+L-Artikolu 9 4.
---+L-Artikolu 9 5.

L-Artikolu 9 Il-ħtiġiet essenzjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
L-Artikolu 9 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-imballaġġ ikun jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk jikkonforma mal-ħtiġiet essenzjali kollha definiti f’din id-Direttiva inkluż l-Anness II.
L-Artikolu 9 2.

L-Istati Membri għandhom, mid-data stabbilita fl-Artikolu 22(1), jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali kollha stabbiliti f’din id-Direttiva inkluż fl-Anness II fil-każ ta’ l-imballaġġ li jikkonforma:

(a) 

ma’ l-istandards armonizzati relevanti, li n-numri tar-referenza tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw in-numri tar-referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jittrasponu dawn l-istandards armonizzati;

(b) 

ma’ l-istandards nazzjonali relevanti riferiti fil-paragrafu 3 sakemm, fl-oqsma koperti b’dawn l-istandards, l-ebda standards armonizzati ma jeżistu.

L-Artikolu 9 3.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ l-istandards nazzjonali tagħhom, riferiti fil-paragrafu 2(b), li jidhrilhom illi jikkonformaw mal-ħtiġiet riferiti f’dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn it-testijiet mill-aktar fis lill-Istati Membri l-oħra.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ dawn l-istandards. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 9 4.
Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkonsidraw li l-istandards riferiti fil-paragrafu 2 ma jilħqux għal kollox il-ħtiġiet essenzjali riferiti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru interessat għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 83/189/KEE u jagħti r-raġunijiet għaliha. Dan il-Kumitat għandu jaghti opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri jekk ikunx meħtieġ illi jiġu rtirati dawk l-istandards mill-pubblikazzjonijiet riferiti fil-paragrafi 2 u 3.

L-Artikolu 9 5.
Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha teżamina l-fattibbiltà li ssaħħaħ mill-ġdid ir-rekwiżiti essenzjali bil-ħsieb li, inter alia, ittejjeb id-disinn għall-użu mill-ġdid u tippromwovi riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, kif ukoll issaħħaħ l-infurzar tagħhom. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.07.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0062
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.