|
+L-ANNESS II IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI U N-NATURA TA’ L-IMBALLAĠĠ ILLI JISTA’ JERGA’ JINTUŻA’ MILL-ĠDID JEW JIĠI RKUPRAT, INKLUŻ IRRIĊIKLAT |
L-ANNESS II IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI U N-NATURA TA’ L-IMBALLAĠĠ ILLI JISTA’ JERGA’ JINTUŻA’ MILL-ĠDID JEW JIĠI RKUPRAT, INKLUŻ IRRIĊIKLAT
L-ANNESS II IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI U N-NATURA TA’ L-IMBALLAĠĠ ILLI JISTA’ JERGA’ JINTUŻA’ MILL-ĠDID JEW JIĠI RKUPRAT, INKLUŻ IRRIĊIKLAT 1. Il-ħtiġiet speċifiċi għall-fabbrikazzjoni u l-komposizzjoni ta’ l-imballaġġ
—
L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi l-volum u l-piż ta’ l-imballaġġ jigu llimitati għall-ammont minimu adegwat sabiex jinżamm il-livell meħtieġ tas-sigurtà, ta’ l-iġjene u ta’ l-aċċettazzjoni tal-prodott imballat u għall-konsumatur.
—
L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat b’mod li jippermetti l-użu mill-ġdid jew l-irkupru tiegħu, inkluż ir-riċiklaġġ, skont il-ġerarkija tal-iskart, u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ.
—
L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi l-preżenza bħala kostitwenti tal-materjal ta’ l-imballaġġ jew ta’ xi komponenti ta’ l-imballaġġ ta’ sustanzi li jagħmlu l-ħsara u ta’ materjali oħra perikolużi tiġi mminimizzata fl-emissjonijiet, fl-irmied jew fil-lissija meta l-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet ta’ l-immaniġġjar jew ta’ l-iskart mill-imballaġġ jinħarqu jew jiġu mirduma.
2. Il-ħtiġiet speċifiċi għan-natura ta’ l-imballaġġ li tippermetti l-użu mill-ġdid Il-ħtiġiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti fl-istess ħin:
—
il-kwalitajiet u l-karatteristiċi fiżiċi ta’ l-imballaġġ għandhom jippermettu numru ta’ vjaġġi jew rotazzjonijiet f’kondizzjonijiet ta’ l-użu li normalment jistgħu jitbassru,
—
il-possibbiltà ta’ l-ipproċessar ta’ l-imballaġġ użat sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema,
—
jigu osservati l-ħtiġiet speċifiċi għall-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat meta l-imballaġġ ma jibqax jerga’ jintuża u għalhekk isir skart.
3. Il-ħtiġiet speċifiċi għall-imballaġġ illi jista’ jigi rkuprat
(a)
L-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ materjal riċiklat L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi jippermetti r-riċiklaġġ ta’ ċertu percentwal skond il-piż tal-materjali użati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti li jistghu jitqieghdu fis-suq, f’konformità ma’ l-istandards korrenti fil-Komunità. L-ghażla ta’ dan il-percentwal tista’ tvarja, skond ix-xorta ta’ materjal li minnu l-imballaġġ ikun maghmul.
(b)
L-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ irkupru ta’ l-enerġija L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop ta’ l-irkupru ta’ l-enerġija għandu jkollu valur minimu kalorifiku inferjuri sabiex jippermetti l-aħjar irkupru ta’ l-enerġija.
(c)
L-imballaġġ li jista’ jiġi rkuprat fil-forma ta’ kompostjar L-iskart mill-imballaġġ ipproċessat għall-iskop tal-kompostjar għandu jkun ta’ natura bijodegradabbli li ma jfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar li fihom jiddaħħal.
(d)
Imballaġġ bijodegradabbli L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta’ natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li l-biċċa l-kbira mill-kompost li jibqa’ fl-aħħar jiddekomponi f’diossidu tal-karbonju, bijomassa u ilma. L-imballaġġ tal-plastik ossodegradabbli m’għandux jitqies bħala bijodegradabbli.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|