+ANNESS IV

ANNESS IV




ANNESS IV

PJAN TA’ IMPLIMENTAZZJONI LI GĦANDU JIĠI PPREŻENTAT SKONT IL-PUNT (D) TAL-ARTIKOLU 6(1 A)

Il-pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (d) tal-Artikolu 6(1a) għandu jinkludi dan li ġej:

1. 

valutazzjoni tar-rati passati, attwali u mbassra tar-riċiklaġġ, tar-rimi f’landfills u trattament ieħor tal-iskart mill-imballaġġ u l-flussi li huwa kompost minnhom;

2. 

valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart fis-seħħ skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;

3. 

ir-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li jista’ ma jirnexxilux jilħaq il-mira rilevanti stipulati fil-punti (g) u (i) fl-Artikolu 6(1) fi żmien l-iskadenza stipulati hemmhekk u valutazzjoni tal-estensjoni taż-żmien meħtieġa biex tintlaħaq dik il-mira;

4. 

miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stipulati fil-punti (g) u (i) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva li huma applikabbli għall-Istat Membru matul l-estensjoni taż-żmien, li jinkludu strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulata fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness IVa tagħha;

5. 

skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fil-punt 4, id-determinazzjoni tal-korp kompetenti għall-implimentazzjoni tagħhom u valutazzjoni tal-kontribuzzjoni individwali tagħhom biex jintlaħqu l-miri applikabbli fil-każ ta’ estensjoni taż-żmien;

6. 

informazzjoni dwar il-finanzjament għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;

7. 

miżuri biex titjieb il-kwalità tad-data, kif xieraq, bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tal-ippjanar u tal-monitoraġġ tal-immaniġġjar tal-iskart.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.07.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0062
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.