|
+ANNESS I ĦTIĠIET GĦAL STALLAZZJONIJIET TAL-ĦAŻNA F’TERMINALS |
ANNESS I ĦTIĠIET GĦAL STALLAZZJONIJIET TAL-ĦAŻNA F’TERMINALSANNESS I ĦTIĠIET GĦAL STALLAZZJONIJIET TAL-ĦAŻNA F’TERMINALS 1. Il-ħajt ta’ barra u s-saqaf tat-tankijiet ’il fuq mill-art għandhom jinżebgħu f’kulur b’riflettanza ta’ radjazzjoni tas-sħana ta’ 70 % jew aktar. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jiġu programmati sabiex jitwettqu bħala parti miċ-ċikli normali ta’ manutenzjoni tat-tankijiet f’perjodu ta’ tliet snin. L-Istati Membri jistgħu jagħtu deroga minn din id-disposizzjonijiet fejn meħtieġa għall-protezzjoni ta’ żoni speċjali ta’ pajsaġġ li jkunu ġew magħżula mill-awtorità nazzjonali. Din id-disposizzjonijiet m’għandhiex tapplika għal tankijiet konnessi ma’ unità ta’ rkupru tal-gass li tikkonforma mal-ħtiġiet imniżżla fl-Anness II, punt 2. 2. Tankijiet b’soqfa esterni li jisporgu ’l barra għandhom ikunu mgħammra b’siġill primarju biex ikopri l-iżpazju annulari bejn il-ħajt tat-tank u l-periferija ta’ barra tas-saqaf li jisporġi ’l barra u b’siġill sekondarju mqabbad fuq is-siġill primarju. Is-siġilli għandhom ikunu hekk disinjati li jiksbu konteniment sħiħ ta’ gassijiet ta’ 95 % jew aktar meta mqabbla ma’ tank komparabbli bis-saqaf fiss mingħajr kontrolli ta’ konteniment tal-gass (jiġifieri tank bis-saqaf fiss biss b’vakwu/valvola ta’ ħelsien mill-pressjoni). 3. L-istallazzjonijiet ġodda kollha ta’ ħażna f’terminals, fejn l-irkupru tal-gass huwa meħtieġ skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva (Ara l-Anness II) għandhom ikunu jew: (a) tankijiet bis-saqaf fiss imqabbda ma’ unità ta’ rkupru tal-gass konformi mal-ħtiġiet ta’ l-Anness II; (b) jew (b) disinjati b’saqaf li jisporġi, jew estern jew intern, mgħammar b’siġilli primarji u sekondarji biex jilħqu l-ħtiġiet ta’ twettieq imniżżla fil-punt 2. 4. Tankijiet eżistenti bis-saqaf fiss għandhom jew: (a) ikunu konnessi ma’ unità ta’ l-irkupru tal-gass li tikkonforma mal-ħtiġiet ta’ l-Anness II; (b) jew (b) ikollhom saqaf intern li jisporġi b’siġill primarju li għandu jkun hekk disinjat li jikseb konteniment sħiħ ta’ gassijiet sa 90 % jew aktar b’relazzjoni ma’ tank komparabbli b’saqaf fiss mingħajr ebda kontrolli ta’ gass. 5. Il-ħtiġiet għal kontrolli ta’ konteniment ta’ gass imsemmija taħt il-punti 3 u 4 ma jgħoddux għal tankijiet bis-soqfa fissi f’terminals, fejn ħażna intermedja ta’ gassijiet hija permessa akons l-Anness II, punt 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|