ANNESS III
ĦTIGIET GĦALL-ISTALLAZZJONIJIET TAT-TAGĦBIJA U L-ĦAŻNA FI STAZZJONIJIET TAS-SERVIZZ U TERMINALS FEJN TITWETTAQ IL-ĦAŻNA INTERMEDJA TAL-GASS
Gassijiet spustjati bit-twassil ta’ petrol fi stallazzjonijiet ta’ ħażna fi stazzjonijiet tas-servizz u f’tankijiet fissi fuq il-bejt użati għall-ħażna intermedja tal-gassijiet għandhom jidħlu lura permezz ta’ linja ta’ konnessjoni li minnha ma jnixxix il-gass għall-kontenitur mobbli li jwassal il-petrol. Operazzjonijiet tat-tagħbija m’għandhomx iseħħu sakemm l-arranġamenti ma jkunux f’posthom u jiffunzjonaw kif imiss.