|
+Artikolu 8 ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. |
Artikolu 8Artikolu 8 1. Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(b), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Leġislazzjoni Ekstraterritorjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-Artikolu 9 Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet li għandhom jiġu mposti f'każ ta' ksur ta' xi dispożizzjonijiet relevanti ta' dan ir-Regolament. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. L-Artikolu 10 Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu taħt dan ir-Regolament u dwar kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti li għandha x'taqsam ma' dan ir-Regolament. L-Artikolu 11 Dan ir-Regolament għandu jgħodd għal: 1. kull persuna naturali li tkun residenti fil-Komunità ( 3 ), 2. kull persuna legali nkorporata fil-Komunità, 3. kull persuna naturali jew legali msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4055/86 ( 4 ), 4. kull persuna oħra naturali li tkun residenti fil-Komunità, sakemm dik il-persuna tkun fil-pajjiż li tiegħu jkollha ċ-ċittadinanza, 5. kull persuna oħra naturali fil-Komunità, inklużi l-ibħra territorjali u l-ispazju ta' l-ajru fuq il-pajjiżi u f'kull inġenju ta' l-ajru jew fuq kull bastiment taħt il-ġurisdizzjoni jew il-kontroll ta' Stat Membru, li jkun jaġixxi f'kapaċità professjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|