|
+Artikolu 22a ---+Article 22a 1. ---+Article 22a 2. ---+Article 22a 3. ---+Article 22a 4. |
Artikolu 22aArtikolu 22a 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi postali jipprovdu l-informazzjoni kollha, b’mod partikolari lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, inkluża dik finanzjarja u informazzjoni dwar il-forniment ta’ servizz universali, notevolement għall-finijiet li ġejjin: (a) sabiex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’, jew ma’ deċiżjonijiet meħudin skond din id-Direttiva, (b) għal finijiet statistiċi definiti b’mod ċar. 2. Il-fornituri ta’ servizz postali għandhom jipprovdu tali informazzjoni minnufih fuq talba u b’mod kunfidenzjali fejn meħtieġ, fil-limiti ta’ żmien u fil-livell ta’ dettall mitlub mill-awtorità regolatorja nazzjonali. L-informazzjoni mitluba mill-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun proporzjonata mal-prestazzjoni tal-kompiti tagħha. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħti raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba għal dik l-informazzjoni. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba, informazzjoni xierqa u rilevanti meħtieġa biex din twettaq il-kompiti tagħha taħt din id-Direttiva. 4. Fejn l-informazzjoni tkun ikkunsidrata bħala kunfidenzjali mill-awtorità regolatorja nazzjonali, bi qbil ma’ regoli Komunitarji u nazzjonali ta’ konfidenzjalità rigward il-kummerċ, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati għandhom jippreżervaw tali konfidenzjalità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|