+Artikolu 9 Moviment ta' kampjuni ħajjin
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.

Artikolu 9 Moviment ta' kampjuni ħajjin

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Kull moviment fil-Komunità ta' kampjuni ħajjin ta' xi speċi elenkati fl-Anness A mill-post indikat fil-permess ta' importazzjoni jew f'kull ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament għandu jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel ta' awtorità ta' amministrattiva ta' l-Istat Membru li l-kampjun ikun jinsab fih. F'każi oħra ta' moviment, il-persuna risponsabbli għall-moviment tal-kampjun għandha tkun tista', meta applikabbli, tipproduċi prova ta' l-oriġini legali tal-kampjun.
Artikolu 9 2.

Awtorizzazzjoni bħal din għandha:

(a) 

tingħata biss meta l-awtorità xjentifika kompetenti ta' dak l-Istat Membru jew, meta l-moviment ikun lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità xjentifika kompetenti ta' dan ta' l-aħħar, tkun sodisfatta li fejn se jinżamm il-kampjun ħaj fil-post destinatarju jkun mgħammar kif xieraq biex ikun ikkonservat u biex jingħata l-kura meħtieġa;

(b) 

tkun ikkonfermata bil-ħruġ ta' ċertifikat; u

(ċ) 

meta applikabbli, tkun immedjetament ikkomunikata lil xi awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru li l-kampjun ikun jinsab fih.

Artikolu 9 3.
Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni bhal din m'għandha tkun meħtieġa jekk annimal ħaj ikun hemm bżonn li jiġi mċaqlaq għal skopijiet urġenti ta' trattament veterinarju u jkun mibgħut lura direttament lejn il-post awtorizzat tiegħu.
Artikolu 9 4.
Meta kampjun ħaj ta' speċi elenkata fl-Anness B jiġi mċaqlaq fil-Komunità, id-detentur tal-kampjun jista jitilqu biss wara li jassigura li min ser jirċevih ikun infurmat adegwatament bl-akkomodazzjoni, tagħmir u prattiċi meħtieġa biex ikun żgurat li l-kampjun ikun imħares kif xieraq.
Artikolu 9 5.
Meta xi kampjuni ħajjin jinġarru lejn, minn jew fil-Komunità jew ikunu miżmuma għal xi perjodu ta' transitu jew trasbord, dawn għandhom ikunu tħejjew, imċaqalqa u mogħtija lura b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' ħsara, dannu għas-saħħa jew trattament ħażin u, fil-każ ta' annimali, skond il — leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-protezzjoni ta' annimali waqt it-trasport.
Artikolu 9 6.
Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi restrizzjonijiet dwar iż-żamma jew il-moviment ta' kampjuni ħajjin ta' speċi li fir-rigward tagħhom ir-restrizzjonijiet dwar l-introduzzjoni fil-Komunità jkunu ġew stabbiliti skont l-Artikolu 4(6). Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.