+Artikolu 11 Validità u kondizzjonijiet speċjali għal permessi u ċertifikati
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.

Artikolu 11 Validità u kondizzjonijiet speċjali għal permessi u ċertifikati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Bla hsara għal miżuri aktar stretti li l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ, permessi u ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond dan ir-Regolament għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha.
Artikolu 11 2.
(a) 

Madankollu, permess jew ċertifikat bħal dan, kif ukoll xi permess jew ċertifikat maħruġ fuq il-bażi tiegħu, għandu jkun meqjus li ma jiswiex jekk l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma' l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet il-permess jew iċ-ċertifikat, tistabbilixxi li dan kien maħruġ fuq il-premessa falza li l-kondizzjonijiet għal-ħruġ tiegħu kienu ġew imharsa.

(b) 

Kampjuni li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru u koperti b'dokumenti bħal dawn għandom jiġu maqbuda mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru u jistgħu jkunu kkonfiskati.

Artikolu 11 3.
Kull permess jew ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament jista' jistipula kondizzjonijiet u ħtiġijiet imposti mill-awtorità tal-ħruġ biex tkun assigurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu. Meta kondizzjonijiet jew ħtiġijiet bħal dawn ikun hemm il-bżonn li jiġu nkorporati fid-disinn tal-permessi jew ċertifikati, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.
Artikolu 11 4.
Kull permess ta' importazzjoni maħruġ fuq il-bażi ta' kopja ta' permess ta' l-esportazzjoni korrispondenti jew ta' ċertifikat ta' ri-esportazzjoni għandu jkun validu għall-introduzzjoni ta' kampjuni fil-Komunità biss meta jkollu miegħu l-oriġinal tal-permess validu ta' esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' ri-esportazzjoni.
Artikolu 11 5.
Il-Kummissjoni għandha tistabblixxi l-limiti ta’ żmien għall-ħruġ tal-permess u ċ-ċertifikati. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.