+Artikolu 12 Postijiet ta' introduzzjoni u esportazzjoni
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
|
Artikolu 12 Postijiet ta' introduzzjoni u esportazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Stati Membri għandhom jinnominaw l-uffiċċji doganali għat-twettiq tal-verifiki u l-formalitajiet għall-introduzzjoni fil-u l-esportazzjoni mill-Komunità, sabiex jingħatalhom trattament jew użu approvat mid-dwana, fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, ta' kampjuni ta' speċi koperti b'dan ir-Regolament u għandhom jgħidu liema uffiċċji jkunu speċifikament mahsuba biex jiehdu hsieb kampjuni ħajjin.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-uffiċji kollha nominati skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu provduti b'numru suffiċjenti ta' persunal adegwatament imharrġa. Stati Membri għandhom jassiguraw li l-akkomodazzjoni tkun provduta skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport u l-akkomodazzjoni ta' annimali ħajjin u li, fejn meħtieġ, passi adegwati jittiehdu dwar pjanti ħajjin.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-uffiċċji kollha nominati skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni li għandha tippubblika lista tagħhom fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
|
|
Artikolu 12 4.
|
F'każi eċċezzjonali u skont kriterji definiti mill-Kummissjoni, awtorità amministrattiva tista' tawtorizza l-introduzzjoni fil-Komunità jew l-esportazzjoni jew ri-esportazzjoni minnha f'uffiċċju doganali barra minn dak nominat skont il-paragrafu 1. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).
|
|
Artikolu 12 5.
|
Stati Membri għandhom jassiguraw li fil-postijiet minn fejn tinqasam il-fruntiera, il-pubbliku jkun infurmat bid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|