+Artikolu 13 Awtoritajiet amministrattivi u xjentifiċi u awtoritajiet kompetenti oħra
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
|
Artikolu 13 Awtoritajiet amministrattivi u xjentifiċi u awtoritajiet kompetenti oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
(a)
Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità amministrattiva b'risponsabbiltà primarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u għal komunikazzjoni mall-Kummissjoni.
(b)
Kull Stat Membru jista' wkoll jinnomina awtoritajiet amministrattivi oħra u awtoritajiet kompetenti oħra biex jgħinu fl-implimentazzjoni, f'liema każ l-awtorità amministrattiva primarja għandha tkun responsabbli biex tipprovdi lil-awtoritajiet addizzjonali bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tajba ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità xjentifika wahda jew aktar bi kwalifiki xierqa li d-doveri tagħhom għandhom ikunu separati minn dawk ta' kull awtorità amministrattiva innominata.
|
|
Artikolu 13 3.
|
(a)
Mhux aktar tard minn tlett xhur qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, Stati Membri għandhom jibagħtu l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet amministrattivi innominati, ta' xi awtoritajiet oħra kompetenti biex johorġu permessi jew ċertifikati u ta' awtoritajiet xjentifiċi lill-Kummissjoni, li għandha tippubblika din l-informazzjoni fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fi żmien xhar.
(b)
Kull awtorità amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 (a) għandha, jekk tkun mitluba mill-Kummissjoni, tikkomunikalha fi żmien xahrejn l-ismijiet u kampjuni tal-firem tal-persuni awtorizzati li jiffirmaw il-permessi jew ċertifikati, u impressjonijiet tat-timbri, siġilli jew meżżi oħra wżati biex jawtentikaw il-permessi jew ċertifikati.
(ċ)
Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull tibdiliet fl-informazzjoni diġà mogħtija, mhux aktar tard minn xahrejn wara l-implimentazzjoni ta' tibdil bħal dan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|