+Artikolu 14 Monitoraġġ dwar konformità u investigazzjonijiet ta' ksur ta' regolamenti
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.

Artikolu 14 Monitoraġġ dwar konformità u investigazzjonijiet ta' ksur ta' regolamenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
(a) 

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-harsien tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(b) 

Jekk, f'xi żmien., l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għaliex jemmnu li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu qegħdin jiġu miksura, għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jassiguraw konformità jew biex jiehdu azzjoni legali.

(ċ) 

Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u, fil-każ ta' speċi elenkati fl-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni, lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, dwar xi passi meħuda mill-awtoritajiet kompetenti f'dak li għandu x'jaqsam ma ksur sinifikanti ta' dan ir-Regolament, inklużi qbid u konfiski.

Artikolu 14 2.
Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri dwar materji li għalihom tħoss il-ħtieġa ta' investigazzjoni skond dan ir-Regolament. Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u, fil-każ ta' speċi elenkati fl-Appendiċi għall-Konvenzjoni, lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, bir-riżultat ta' xi investigazzjoni sussegwenti.
Artikolu 14 3.
(a) 

Grupp ta' infurzar għandu jkun stabbilit li jkun jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l-awtoritajiet ta' kull Stat Membru b'responsabbiltà biex jassiguraw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-grupp għandu jkun taht il-preidenza tar-rappreżentant tal-Kummissjoni.

(b) 

Il-grupp ta' infurzar għandu jeżamina kull kwistjoni teknika li għandha x'taqsam ma' l-infurzar ta' dan ir-Regolament li titqajjem mill-president, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-membri tal-grupp jew tal-kumitat.

(ċ) 

Il-Kummissjoni għandha twassal l-opinjonijiet espressi fil-grupp ta' infurzar lill-kumitat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.