+Artikolu 15 4.

Artikolu 15 4.

(a) 

L-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel il-15 ta' Ġunju ta' kull sena l-informazzjoni kollha dwar is-sena ta' qabel li tkun mehtieġa għat-tħejjija tar-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII.7 (a) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar kummerċ internazzjonali tal-kampjuni kollha ta' l-ispeċi elenkati fl-Annessi A, B u C u dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness D. ►M14  L-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata u l-format tal-preżentazzjoni tagħha għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2). ◄

▼M23

(b) 

Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri msemmija fil-punt (a), is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw qabel il-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni, u l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni minnha, ta’ kampjuni tal-ispeċijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u għandhom jgħaddu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni informazzjoni dwar l-ispeċijiet li l-Konvenzjoni tapplika għalihom.

(c) 

Bla ħsara għall-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri għandhom, sena qabel kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x’taqsam mal-perjodu preċedenti rilevanti li tkun meħtieġa biex jitħejjew ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII.7 (b) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni. Il- format għall-preżentazzjoni tagħha għandu jiġi speċifikat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament.

(d) 

Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri msemmija fil-punt (c), il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

▼M23

(e) 

L-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel il-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena l-informazzjoni kollha relatata mas-sena ta’ qabel għat-tħejjija tar-rapport annwali dwar il-kummerċ illegali msemmi fil-Konferenza tar-Riżoluzzjoni tas-CITES 11.17 (rev. CoP17).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.