+L-Artikolu 3 Petrol
---+L-Artikolu 3 1.
---+L-Artikolu 3 2.
---+L-Artikolu 3 3.
---+L-Artikolu 3 4.
---+L-Artikolu 3 5.
---+L-Artikolu 3 6.
|
L-Artikolu 3 Petrol
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 3 1.
|
Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-bejgħ ta' petrol biċ-ċomb ġewwa t-territorju tagħhom.
|
|
L-Artikolu 3 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-petrol jista’ jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk ikunu mħarsal-ispeċifikazzjonijiet ambjentali stabbiliti fl-Anness I. Madankollu, rigward ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex idaħħlu l-petrol b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif meħtieġ.
|
|
L-Artikolu 3 3.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-fornituri jiżguraw it-tqegħid fis-suq ta’ petrol b’kontenut massimu ta’ ossiġnu ta’ 2,7 % u b’kontenut massimu ta’ etanol ta’ 5 % sal-2013 u jistgħu jeħtieġu t-tqegħid fis-suq ta’ petrol bħal dan għal perijodu itwal jekk iqisu li dan ikun meħtieġ. Huma għandhom jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-konsumaturi dwar il-kontenut ta’ bijokarburant fil-petrol u, b’mod partikolari, dwar l-użu xieraq tat-taħlitiet differenti ta’ petrol.
|
|
L-Artikolu 3 4.
|
L-Istati Membri b’temperatura ambjentali tas-sajf baxxa jistgħu, soġġett għall-paragrafu 5, jippermettu t-tqegħid fis-suq fil-perjodu tas-sajf ta’ petrol bi pressjoni massima tal-fwar ta’ 70 kPa. L-Istati Membri fejn id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tapplikax jistgħu, bla ħsara għall-paragrafu 5, jippermettu t-tqegħid fis-suq matul il-perijodu tas-sajf ta’ petrol li jkun fih l-etanol bi pressjoni massima tal-fwar ta’ 60 kPa kif ukoll ir-rinunzja permessa tal-pressjoni tal-fwar speċifikata fl-Anness III, bil-kondizzjoni li l-etanol użat ikun bijokarburant.
|
|
L-Artikolu 3 5.
|
Fejn l-Istati Membri jkunu jixtiequ japplikaw xi waħda mid-derogi previsti fil-paragrafu 4, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u jgħaddu kull informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pożittività u t-tul ta’ żmien tagħha, filwaqt li tqis:
(a)
il-ħtieġa li jiġu evitati problemi soċjo-ekonomiċi li jirriżultaw minn pressjoni tal-fwar ogħla, inklużi l-ħtiġijiet ta’ adattament tekniku limitati fiż-żmien; u
(b)
il-konsegwenzi ambjentali jew fuq is-saħħa tal-pressjoni ogħla mill-fwar u, b’mod partikolari, l-impatt fuq il-konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja, kemm fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll fi Stati Membri oħra.
Jekk l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni turi li d-deroga ser tirriżulta f’nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja jew it-tniġġis tal-arja, inklużi l-valuri ta’ limitu rilevanti u l-limiti massimi tal-emissjonijiet, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-valuri ta’ mira rilevanti. Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni kollha rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat jista’ japplika d-deroga mitluba.
|
|
L-Artikolu 3 6.
|
Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ petrol biċ-ċomb, b’kontenut ta’ ċomb li ma jaqbiżx iż-0,15 g/l sa massimu ta’ 0,03 % mill-bejgħ totali, li jrid jintuża minn vetturi qodma ta’ natura karatteristika u li jrid jitqassam permezz ta’ gruppi ta’ interess speċjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:31998L0070
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|