+Artikolu 4 Karburant tad-diżil
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
|
Artikolu 4 Karburant tad-diżil
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburant tad-diżil jista’ jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk iħares l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri jiżguraw it-tqegħid fis-suq tad-diżil b’kontenut ta’ ester metiliku tal-aċidi xaħmin (FAME) ta’ mhux aktar minn 7 %. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata informazzjoni xierqa lill-konsumaturi rigward il-kontenut ta’ bijokarburant tal-karburant tad-diżil, b’mod partikolari l-FAME.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu permissibbli ta’ kubrit fiż-żjut tal-gass maħsuba għall-użu minn makkinarju mobbli mhux tat-triq, inklużi bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, tratturi agrikoli u tal-forestrija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni jkun ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburanti likwidi barra minn dawk iż-żjut tal-gass jistgħu jintużaw f’bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni biss jekk il-kontenut ta’ kubrit f’dawn il-karburanti likwidi ma jaqbiżx il-kontenut massimu permissibbli ta’ dawk iż-żjut tal-gass.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Rigward ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex idaħħlu l-karburant tad-diżil u ż-żejt tal-gass b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarha.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Għall-Istati Membri b’kondizzjonijiet xitwin ħorox, il-punt massimu tad-distillazzjoni ta’ 65 % f’temperatura ta’ 250 °C għall-karburanti tad-diżil u ż-żejt tal-gass jista’ jiġi mibdul b’punt massimu ta’ distillazzjoni ta’ 10 % (vol/vol) f’temperatura ta’ 180 °C.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:31998L0070
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|