+L-Artikolu 6 Marketingta' karburanti bi speċifikazzjonijiet ambjentali aktar stretti
---+L-Artikolu 6 1.
---+L-Artikolu 6 2.
---+L-Artikolu 6 3.
---+L-Artikolu 6 4.
---+L-Artikolu 6 5.
---+L-Artikolu 6 6.
|
L-Artikolu 6 Marketingta' karburanti bi speċifikazzjonijiet ambjentali aktar stretti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 6 1.
|
Bħala deroga mill-Artikoli 2, 4 u 5 u skond l-Artikolu 95(10) tat-Trattat, Stat Membru jista’ jieħu miżuri sabiex jeħtieġ illi f’żoni speċifiċi, ġewwa t-territorju tiegħu, il-karburanti jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jikkonformaw ma’ speċifikazzjoniet ambjenali iktar stretti minn dawk ipprovduti f’din id-Direttiva għall-flotta kollha tal-vetturi jew parti minnha bil-ħsieb li jippoteġi s-saħħa tal-popolazzjoni f’agglomerazzjoni speċifika jew l-ambjent f’żona speċifika sensittiva għall-ekoloġija jew l-ambjent f’dan l-Istat Membru, jekk t-tniġġis atmosferiku jew ta’ l-ilma tal-qiegħ jikkostitwixxi, jew jista’ jkun mistenni raġjonevolment li jikkostitwixxi, problema gravi u rikorrenti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.
|
|
L-Artikolu 6 2.
|
Stat Membru li jixtieq li juża deroga pprovduta fil-paragrafu 1 għandu jissottometti t-talba tiegħu bil-quddiem, inkluża il-ġustifikazzjoni għaliha, lill-Kummissjoni. Din il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi xhieda li d-deroga tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u li ma tħarbatx il-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija.
|
|
L-Artikolu 6 3.
|
L-Istati Membri involuti għandhom jipprovdu lill-Kummissjon l-informazzjoni ambjentali rilevanti rigward l-agglomerazzjoni jew iż-żona fil-kwistjoni kif ukoll l-effetti mbassra rigward l-ambjent tal-miżuri proposti.
|
|
L-Artikolu 6 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.
|
|
L-Artikolu 6 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-kummenti tagħhom fuq it-talba u l-ġustifikazzjoni tagħha fi żmien xahrejn mid-data minn meta jingħata t-tagħrif mill-Kummissjoni.
|
|
L-Artikolu 6 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi t-talba ta' l-Istati Membri fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-Istati Membri jkunu taw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kummenti ta' l-Istati Membri u għandha tinnotifikhom bid-deċiżjoni tagħha u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess żmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:31998L0070
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|