+L-Artikolu 8 Il-konformità tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ
---+L-Artikolu 8 1.
---+L-Artikolu 8 2.
---+L-Artikolu 8 3.
---+L-Artikolu 8 4.
|
L-Artikolu 8 Il-konformità tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 8 1.
|
L-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 4, rigward il-karburanti tal-petrol u tad-diżil, fuq il-bażi tal-metodi analitiċi msemmija fl-Annessi I u II rispettivament.
|
|
L-Artikolu 8 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-karburant skond il-ħtiġiet ta’ l-i standard rilevanti Ewropew. Jista’ jiġi permess l-użu ta’ sistema alternattiva ta’ monitoraġġ tal-kwaalità tal-karburant sakemm din is-sistema tiżgura riżultati ta’ fiduċja ekwivalenti.
|
|
L-Artikolu 8 3.
|
Kull sena sal-31 ta' Awwissu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport dwar id-data nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-kwalità tal-karburanti għas-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format komuni biex jintbagħat sommarju tad-data dwar il-kwalità tal-karburanti fil-livell nazzjonali permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3). L-ewwel rapport għandu jintbagħat sat-30 ta' Ġunju 2002. Mill-1 ta' Jannar 2004, il-format ta' dan ir-rapport għandu jkun konsistenti ma' dak deskritt fl-istandard Ewropew rilevanti. B'żieda ma' dan, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-volumi totali tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil imqiegħda fis-suq fit-territorji tagħhom u l-volumi tal-karburanti tal-petrol mingħajr ċomb u tad-diżil imqiegħda fis-suq b'kontenut massimu ta' kubrit ta' 10 mg/kg. Barra min hekk, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena dwar id-disponibbiltà, fuq bażi ġeografika bilanċjata kif jixraq, ta' karburanti tal-petrol u tad-diżil b'kontenut massimu ta' kubrit ta' 10 mg/kg li huma kkumerċjalizzati fit-territorju tagħhom.
|
|
L-Artikolu 8 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 3 titqiegħed għad-dispożizzjoni fil-pront bil-mezzi xierqa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:31998L0070
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|