+Artikolu 9 Rappurtaġġ

Artikolu 9 Rappurtaġġ

Artikolu 9

Rappurtaġġ

1.  

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport sal-31 ta’ Diċembru 2012, u kull tliet snin wara dan, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposta għal emendi għal din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu b’mod partikolari jqis dan li ġej:

(a) 

l-użu u l-evoluzzjoni tat-teknoloġija awtomotiva u, b’mod partikulari, il-probabilità li jiżdied il-kontenut ta’ bijokarburant massimu permess tal-petrol u d-diżil u l-ħtieġa li d-data msemmija fl-Artikolu 3(3) tiġi riveduta;

(b) 

il-politika Komunitarji dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi tat-trasport bit-triq;

(c) 

il-possibbiltà tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Anness II, u b’mod partikolari, il-valur ta’ limitu għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-forestrija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni;

(d) 

iż-żieda fl-użu ta’ deterġenti fil-karburanti;

(e) 

l-użu ta’ additivi metalliċi barra mill-MMT fil-karburanti;

(f) 

il-volum totali ta’ komponenti użat fil-petrol u d-diżil wara li titqies il-leġislazzjoni ambjentali Komunitarja, inklużi l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma ( 7 ) u d-direttivi sekondarji tagħha;

▼M9 —————

▼M4

(j) 

analiżi aġġornata tal-ispiża u l-impatt ta’ tnaqqis fil-pressjoni massima mill-fwar permessa għall-petrol għal perijodu tas-sajf ta’ anqas minn 60kPa.

▼M9 —————

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:31998L0070
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.