+Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.

Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
L-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva għal kull ►C1  landfill ◄ kif imsemmi fl-Artikolu 2(g).
Artikolu 3 2.

mingħajr preġudizzju għall-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti, dan li ġej irid jiġi eskluż mill-iskop ta' din id-Direttiva:

— 
it-tferrix ta' ħama, inkluża ħama tad-drenaġġ, u ħama li tiġi min operazzjonijiet ta' traxxix tal-ħama, u modi simili fuq il-ħamrija għall-iskopijiet ta' fertilizzazzjoni jew titjib,
— 
l-użu ta' skart qiegħed li huwa adattat, fix-xogħol ta' żvilupp mill-ġdid/restorazzjoni tal-mili, jew għal skopijiet ta' kostruzzjoni, ►C1  fil-landfill ◄ ,
— 
id-depożitu ta' traxxiex ta' ħama mhux perikoluża matul passaġġi ta' l-ilma żgħar min fejn ġew imraxxa ’l barra u ta' ħama mhux perikoluża fl-ilma tal-wiċċ inkluż il-qiegħ u l-ħamrija tagħha.

▼M4 —————

Artikolu 3 3.
L-immaniġġjar tal-iskart mill-industriji estrattivi bbażati fuq l-art, jiġifieri l-iskart li jinħoloq mill-prospettar, l-estrazzjoni, anke fl-istadju ta’ żvilupp ta’ qabel il-produzzjoni, it-trattament u l-ħażna tar-riżorsi minerali u mill-użu tal-barrieri għandu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jekk jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni.
Artikolu 3 4.

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 75/442/KEE l-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw, fl-għażla tagħhom, partijiet jew l-Artikoli kollha 6(d), 7(i), 8(a)(iv), 10, 11(1)(a), (b) u (ċ), 12(a) u (ċ), l-Anness I, l-punti 3 u 4, l-Anness II (barra l-punt 3, livell 3, u l-punt 4) u l-Anness III, l-punti 3 sa 5 għal din id-Direttiva mhux applikabbli għal:

(a) 

siti ta' ►C1  landfill ◄ ta' skart inerti jew mhux perikoluż b'kapaċitá totali li ma teċċedix 15 000 tunnellata jew b'daħla annwali li ma teċċedix 1 000 tunnellata li sservi l-gżejjer, meta dan ikun l-unika ►C1  landfill ◄ fuq il-gżira u fejn dan ikun esklussivament destinat għar-rimi ta' skart ġenerat fuq dik il-gżira. Meta l-kapaċiá totali ta' dik ►C1  il-landfill ◄ tkun intużat, kull ►C1  landfill ◄ ġdid stabbilit fuq dik il-gżira jrid ikun konformi mal-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva;

(b) 

siti ta' ►C1  landfill ◄ għal skart inerti jew mhux perikoluż fuq stabbilimenti iżolati jekk is-sit ta' ►C1  landfill ◄ tkun destinata għar-rimi ta' skart ġenerat biss min dak l-istabbiliment iżolat.

Mhux aktar tard minn sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), l-Istati Membri iridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista ta' gżejjer u stabbilimenti iżolati li huma eżenti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' gżejjer u stabbilimenti iżolati.

Artikolu 3 5.
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 75/442/KEE l-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw, fl-għażla tagħhom, li ħażna ta' taħt l-art kif definit fl-Artikolu 2(f) ta' din id-Direttiva tista’ tkun eżenti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13(d) u ta' l-Anness I, il-punt 2, barra l-ewwel inċiż, l-punti 3 sa 5 u fl-Anness III, il-punti 2, 3 u 5 għal din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31999L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.