|
+Artikolu 6 Skart li jrid jiġi aċċettat fi klassijiet differenti ta'►C1landfill◄ |
Artikolu 6 Skart li jrid jiġi aċċettat fi klassijiet differenti ta'►C1landfill◄Artikolu 6 Skart li jrid jiġi aċċettat fi klassijiet differenti ta' ►C1 landfill ◄ L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex:
(a)
skart li ġie soġġett għat-trattament biss ikun mitfugħ ►C1 fil-landfill ◄ . Din id-dispożizzjoni tistgħa ma tapplikax għall-iskart inerti fejn trattament ma jkunx teknikament possibbli, l-anqas għal kull skart ieħor fejn ċerti trattamenti ma jikkontribwixxux għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, kif stipulat fl-Artikolu 1, bir-riduzzjoni tal-kwantitá ta' l-iskart jew il-perikli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda skont dan il-punt ma jipperikolawx l-ilħiq tal-għanijiet tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikament fir-rigward tal-ġerarkija tal-iskart u taż-żieda fil-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif stipulat fl-Artikolu 11 tal-istess Direttiva;
(b)
skart perikoluż biss li jikkonforma mall-kriterji stipulati bi qbil ma’ l-Anness II huwa destinat għal ►C1 landfill ◄ perikoluża;
(ċ)
►C1 landfill ◄ għal skart mhux perikoluż jista’ jiġi użat għal:
(i)
skart muniċipali;
(ii)
skart mhux perikoluż ta' kull oriġini oħra, li jikkonforma mall-kriterji għall-aċċettazzjoni ta' skart ►C1 f'landfill ◄ għal skart mhux perikoluż stipulat bi qbil ma’ l-Anness II;
(iii)
skart stabbli, skart perikoluż mhux reattiv (per eżempju solidifikat, vitrifikat), b-imġieba lissija ekwivalenti għal dawk ta' skart mhux perikoluż imsemmija fil-punt (ii), li jikkonforma mall-kriterj ta' aċċettazzjoni rilevanti stipulati bi qbil ma’ l-Anness II. Dan l-iskart perikoluż ma jridx jiġi mormi f'ċelli destinati għall-iskart bijodegradabbli mhux perikoluż,
(d)
siti ta' ►C1 landfill ◄ ta' skart inerti jridu jiġu użati biss għal skart inerti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|