+Artikolu 8 Kundizzjonijiet tal-permess

Artikolu 8 Kundizzjonijiet tal-permess

Artikolu 8

Kundizzjonijiet tal-permess

L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex:

(a) 

l-awtoritá kompetenti ma toħroġġ permess ►C1  għal landfill ◄ sakemm tkun sodisfatta li:

(i) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(4) u (5), il-proġett ►C1  tal-landfill ◄ jaqbel mal-ħtiġijiet kollha rilevanti ta' din id-Direttiva, inklużi l-Annessi;

(ii) 

l-amministrazzjoni tas-sit ►C1  tal-landfill ◄ tkun f'idejn persuna naturali li hija teknikament kompetenti li s-sit; taħriġ u żvilupp professjonali u tekniku għal ħaddiema u l-impjegati ►C1  tal-landfill ◄ ikunu provduti;

(iii) 

►C1  il-landfill ◄ trid tiġi operata b'manjiera tali li miżuri neċessarji huma meħuda biex jiġu prevenuti inċidenti u jillimitaw il-konsegwenzi tagħhom;

(iv) 

dispożizzjonijiet adegwati, bil-mod ta' sigurtá finanzjarja jew oħra ekwivalenti, fuq il-bażi ta' modalitajiet li jiġu deċiżi milll-Istati Membri, saru jew se jsiru mill-applikant qabel il-bidu ta' operazzjonijiet tar-rifjut biex jiżgura li l-obligi (inklużi d-dispożizzjonijiet tal-kura ta' wara) li jiġu skond il-permess maħruġ bid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma rispettati u li l-proċeduri ta' l-għeluq meħtieġa skond l-Artikolu 13 ikunu segwiti. Is-sigurtá jew l-ekwivalenti tagħha trid tinżamm kemm jista’ jkun meħtieġ mill-operazzjoni ta' manutenzjoni u kura ta' wara tas-sit bi qbli ma l-Artikolu 13(d). L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw, fl-għażla tagħhom, li dan il-punt ma japplikax ►C1  għal landfill ◄ għal skart inermi;

(b) 

il-proġett ►C1  tal-landfill ◄ huwa skond il-pjan jew pjanijiet ta' amministrazzjoni ta' l-iskart rilevanti imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/442/KEE;

(ċ) 

qabel il-bidu ta' operazzjonijiet tar-rifjut, l-awtoritá kompetenti trid tispezzjona is-sit sabiex tiżgura li taqbel mal-kundizzjonijiet rilevanti tal-permess. Dan ma jnaqqas bl-ebda mod ir-responsabilitá taloperatur skond il-kundizzjonijiet tal-permess.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31999L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.