+Artikolu 13 Proċeduri ta' l-għeluq u kura ta' wara

Artikolu 13 Proċeduri ta' l-għeluq u kura ta' wara

Artikolu 13

Proċeduri ta' l-għeluq u kura ta' wara

L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex, bi qbil, fejn xieraq, mall-permess:

(a) 

►C1  landfill ◄ jew parti minnha trid tibda proċedura ta' l-għeluq:

(i) 

meta l-kundizzjonijiet rilevanti imsemmija fil-permess jintlaħqu; jew

(ii) 

skond l-awtorizzazzjoni ta' l-awtoritá kompetenti, wara talba ta' l-operatur; jew

(iii) 

b'deċiżjoni raġjonata ta' l-awtoritá kompetenti;

(b) 

►C1  landfill ◄ jew parti minnha tista’ tiġi biss kunsiderata bħala magħluqa definittivament wara li l-awtoritá kompetenti tkun għamlet l-aħħar spezzjoni fuq is-sit, u tkun assessjat ir-rapporti kollha mogħtija mill-operatur u tkun ikkomunikat lill-operatur l-approvazzjoni tagħha għall-għeluq. Dan ma jnaqqas bl-ebda mod ir-responsabilitá tal-operatur skond il-kundizzjonijiet tal-permess;

(ċ) 

wara li ►C1  landfill ◄ tkun definittivament magħluqa, l-operatur għandu ikun responsabbli għall-manutenzjoni, fażi ta' sorveljar u kontroll u tal-kura ta' wara tagħha sakemm ikun meħtieġ mill-awtoritá kompetenti, bil-kunsiderazzjoni taż-żmien li matulu ►C1  l-landfill ◄ tista tkun ta' periklu.

L-operatur irid jinnotifika lill-awtoritá kompetenti b'kull effett ħażin sinifikanti għall-ambjent li ġie skopert mill-proċeduri ta' kontroll u skond id-deċiżjoni ta' l-awtoritá kompetenti fuq in-natura u termini ta' żmien tal-miżuri korrettivi li jridu jittieħdu;

(d) 

sakemm l-awtoritá kompetenti tikkonsidra li ►C1  l-landfill ◄ x’aktarx tista tikkawża periklu għall-ambjent u mingħajr preġudizzju għall-leġilazzjoni Komunitarja u nazzjonali skond ir-responsabbilità tad-detentur ta' l-iskart, l-operatur tas-sit irid ikun responsabbli għas-sorveljar u analizzar ta' gass u lissija ►C1  tal-landfill ◄ mis-sit u r-reġim ta' l-ilma tal-qiegħ fil-viċinanza tas-sit bi qbil ma l-Anness III.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31999L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.