|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
1.
“vettura” tfisser kull vettura deskritta bħala kategorija M1 jew N1 definita fl-Anness IIA tad-Direttiva 70/156/KEE, u vettura tal-mutur bi tliet roti kif definiti fid-Direttiva 92/61/KEE, imma b'esklużjoni ta' triċikletta bil-mutur;
2.
“vettura li m'għadhiex tintuża” tfisser vettura li hija skart fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/KEE;
3.
“Produttur” tfisser il-manifattur tal-vettura jew l-importatur professjonali tal-vettura fl-Istat Membru;
4.
“prevenzjoni” tfisser miżuri mmirati għat-tnaqqis ta' kwantità u l-ħsara għall-ambjent tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw, il-materjali u s-sustanzi tagħhom;
5.
“trattament” tfisser kull attività wara li l-vetturi li m'għadhomx jintużaw ġew mogħtija lil faċilità biex ma' jħammġux, għaż-żarmar, għax-shearing, għat-tqattiegħ, għall-irkupru jew preparazzjoni għar-rimi ta' skart imqatta', u kull operat ieħor imwettaq għall-irkupru u/jew rimi ta' vettura li m'għadhiex tintuża u l-komponenti tagħha;
6.
“użu mill-ġdid” tfisser kull operat grazzi għal liema l-komponenti tal-vetturi li m' għadhomx jintużaw huma wżati għall-istess għan għal dak li huma kienu maħsuba;
7.
“riċiklar” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fil-proċess ta' produzzjoni ta' materjali ta' skart għall-għan oriġinali jew għal għanijiet oħrajn imma bl-esklużjoni ta' rkupru ta' enerġija. L-irkupru ta' enerġija tfisser l-użu ta' skart kombustibbili bħala mezz biex jiġġenera enerġija minn inċineratur dirett bi jew mingħajr skart ieħor imma bl-irkupru tas-sħana;
8.
“rkupru” tfisser xi waħda mill-operazzjonijiet applikabbli previsti fl-Anness IIB tad-Direttiva 75/442/KEE;
9.
“rimi” tfisser waħda mill-operazzjonijiet applikabbli previsti fl-Anness IIA tad-Direttiva 75/442/KEE;
10.
“operaturi ekonomiċi” tfisser produtturi, distributuri, kolletturi, kumpanniji ta' l-assigurazzjoni ta' vetturi tal-mutur, dawk li jżarmaw, shredders, dawk li jirkupraw, dawk li jirriċiklaw u operaturi ta' trattament ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw;
11.
“sustanzi perikolużi” tfisser kwalunkwe sustanza li tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( 1 );
(a)
klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
(b)
klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
(ċ)
klassi ta’ periklu 4.1;
(d)
klassi ta’ periklu 5.1;
12.
“shredder” tfisser kull mezz użat biex iqatta' f'biċċiet jew fi frammenti lill-vetturi li m'għadhomx jintużaw, b'inklużjoni għall-għan li tottjeni direttament skrapp tal-metall li jintuża mill-ġdid;
13.
“informazzjoni taż-żarmar” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għal trattament korrett u tajjeb għall-ambjent tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw. Għandha tkun disponibbli lill-faċilitajiet ta' trattament awtorizzati minn manifatturi tal-vetturi u produtturi tal-komponenti fil-forma ta' manwali jew b'mezzi elettroniċi tal-medja (eż. CD-ROM, servizzi on-line) 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|