+Artikolu 5 3.
|
Artikolu 5 3.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li permezz tagħha presentazzjoni ta' ċertifikat ta' tkissir hi kundizzjoni għad-dereġistrazzjoni tal-vettura li m'għadhiex tintuża. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ lid-detentur u/jew sid meta l-vettura li m'għadhiex tintuża hi trasferita għall-faċilità ta' trattament. Faċilitajiet ta' trattament, li kisbu permess bi qbil ma' l-Artikolu 6, għandhom ikollhom permess li joħorġu ċertifikat ta' distruzzjoni. L-Istati Membri jistgħu jħallu lil produtturi, negozjanti u kolletturi f'isem faċilità ta' trattament awtorizzata li joħorġu ċertifikati ta' distruzzjoni basta jiggarantixxu li l-vettura li m'għadhiex tintuża hi trasferita lill-faċilità ta' trattament awtorizzata u sakemm huma reġistrati ma' awtoritajiet pubbliċi. Ħruġ ta' ċertifikati ta' distruzzjoni minn faċilitajiet ta' trattament jew negozjanti jew kolletturi f'isem faċilità ta' trattament awtorizzata m'għandux jintitolahom għal xi rimbors finanzjarju, ħlief f'każi fejn dan kien irranġat b'mod espliċitu mill-Istati Membri. L-Istati Membri li m'għandhomx sistema ta' dereġistrazzjoni fid-data tal-bidu tas-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom jistabbilixxu sistema li biha ċertifikat ta' distruzzjoni ikun notifikat lill-awtorità kompetenti rilevanti meta l-vettura li tkun waslet fl-aħħar hija trasferita għal faċilità ta' trattament u għandha b'mod ieħor tkun konformi mal-provvedimenti ta' dan il-paragrafu. L-Istati Membri li jagħmlu użu min dan is-subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0053
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|