|
+Artikolu 6 3. |
Artikolu 6 3.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li kull stabbiliment jew kumpanija li twettaq operazzjoni ta' trattament jissodisfaw mill-inqas l-obbligi li ġejjin skond l-Anness I:
(a)
vetturi li m' għadhomx jintużaw għandhom jiġu żarmati qabel trattament ieħor jew isiru arranġamenti ekwivalenti oħra biex inaqqsu kull impatt kontra l-ambjent. Komponenti jew materjali tikkettjati jew inkella magħmula identifikabbli skond l-Artikolu 4(2) għandhom jiġu żarmati qabel trattament ieħor;
(b)
materjali perikolużi u komponenti għandhom jiġu mneħħija u mwarrba b'mod magħżul biex ma jikkontaminawx skart li jkun imqatta' wara minn vetturi li m'għadhomx jintużaw;
(ċ)
operazzjonijiet għaż-żarmar u l-ħażna għandhom jiġu mwettqa b'mod li jiżguraw l-istabbilità ta' komponenti ta' vetturi biex jerġgħu jintużaw u jkunu rkuprati, u partikolarment għar-riċiklaġġ. Operazzjonijiet ta' trattament għall-dekontaminazzjoni ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw kif imsemmija fl-Anness I (3) għandhom jiġu mwettqa malajr kemm jistà jkun. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|