+Artikolu 7 2.

Artikolu 7 2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-miri li ġejjin jistgħu jintlaħqu mill-operaturi ekomomiċi:

(a) 

mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2006, għal kull vettura li m'għadhiex tintuża, l-użu għal darb'oħra u l-irkupru għandhom jigu miżjuda għal minimu ta' 85 % b'piż medju ta' kull vettura u sena. Fl-istess żmien l-użu mill-ġdid u riċiklaġġ għandhom jiżdiedu għall-minimu ta' 80 % b'medja ta' piż ta' vettura u sena; għal vetturi li ġew manufatturati qabel l-1 ta' Jannar 1980, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw miri iktar baxxi imma mhux inqas minn 75 % għal użu mill-ġdid u rkupru u mhux inqas min 70 % għal użu mill-ġdid u riċiklaġġ. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dan is-subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bir-raġunijiet tagħhom.

(b) 

mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2015, għal kull vettura li m'għadhiex tintuża, l-użu mill-ġdid u l-irkupru għandu jiżdied għal minimu ta' 95 % b'piż medju ta' vettura u sena. Fl-istess limitu ta' żmien, l-użu mill-ġdid u riċiklaġġ irid jiżdied għal minimu ta' 85 % b'piż medju ta' vettura u sena.

Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jerġgħu jeżaminaw l-miri msemmija fil-paragrafu (b) fuq ir-rapport bażiku tal-Kummissjoni, akkompanjat minn proposta. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni trid tieħu in kunsiderazzjoni l-iżvilupp tal-materjal li bih huma magħmulin il-vetturi u kull aspett ieħor rilevanti għall-ambjent relatat mal-vetturi.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar ir-regoli dettaljati meħtieġa għall-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri mal-miri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. ta’ dan il-paragrafu. Fit-tħejjija ta’ dawn ir-regoli, il-Kummissjoni għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha, fost l-oħrajn, id-disponibbiltà tad-data u l-kwistjoni tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0053
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.