|
+ANNESS I Il-bżonnijiet minimi tekniċi għat-trattament skond l-Artikolu 6(1) u (3) |
ANNESS I Il-bżonnijiet minimi tekniċi għat-trattament skond l-Artikolu 6(1) u (3)ANNESS I Il-bżonnijiet minimi tekniċi għat-trattament skond l-Artikolu 6(1) u (3) 1. Siti għall-ħażna (inkluża ħażna temporanja) ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw qabel it-trattament tagħhom:
—
uċuħ impermeabbli għal żoni xierqa bid-disponibbilità ta' ġbir ta' tixrid, reċipjenti u cleanser-degreasers,
—
apparat għat-trattament ta' l-ilma, inkluż l-ilma tax-xita, b'konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u l-ambjent.
2. Siti għal trattament:
—
uċuħ impermeabbli għal żoni xierqa bid-disponibbilità ta' ġbir ta' tixrid, reċipjenti u cleanser-degreasers,
—
ħażna xierqa għal partijiet li żżarmaw, inkluża ħażna impermeabbli għal partijiet kontaminati biż-żejt,
—
reċipjenti xierqa għal ħażna ta' batteriji (b'newtralizzazzjoni electrolyte fuq is-sit jew x'imkien ieħor), filtri u kondensers li jkun fihom PCB/PCT,
—
ħażna ta' tankijiet xierqa għal ħażna segregata ta' fluwidi ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw: karburanti, żejt tal-magni, żejt tal-gearbox, żejt ta' trasmissjoni, żejt idrawliku, likwidi li jkessħu, li ma' jiffriżawx, fluwidi tal-brejkijiet, aċidi tal-batterija, fluwidi tas-sistema ta' l-arja kundizzjonata u kull fluwidu ieħor li jkun jinsab fil-vettura li m'għadhiex tintuża,
—
apparat għat-trattament ta' l-ilma, inkluż l-ilma tax-xita, b'konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u l-ambjent
—
ħażna xierqa għal tyres użati, inkluża l-prevenzjoni ta' perikolu ta' ħruq u kumulu eċċessiv.
3. Operazzjonijiet ta' trattamenti għal dekontaminazzjoni tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw:
—
tneħħija ta' batteriji u tankijiet tal-gass likwifikat,
—
tneħħija jew newtralizzazzjoni ta' komponenti potenzjalment esplossivi, (p.eż. air bags),
—
tneħħija u kollezzjoni separata u ħażna ta' karburanti, żejt tal-magna, żejt ta' trasmissjoni, żejt tal-gearbox, żejt idrawliku, likwidi li jkessħu, li ma' jiffriżawx, fluwidi tal-brejkijiet, fluwidi tas-sistema ta' l-arja kundizzjonata u kull fluwidu ieħor li jkun jinsab fil-vettura li m'għadhiex tintuża, jekk mhumiex neċessarji għall-użu mill-ġdid tal-partjiet konċernati,
—
tneħħija, sakemm hu possibbli, tal-komponenti kollha identifikati li jkun fihom il-merkurju.
4. Operazzjonijiet ta' trattament biex jippromwovi r-riċiklaġġ:
—
tneħħija jew katalizzaturi,
—
tneħħija ta' komponenti mettaliċi li jkun fihom ram aħmar, aluminju u manjeżju jekk dawn il-metalli mhumiex imwarrba fil-proċess ta' tqattiegħ,
—
tneħħija ta' tyres u komponenti kbar tal-plastik (bampers, dexxbord, fluwidi li jkunu jinsabu fihom, eċċ), jekk dawn il-materjali mhumiex imwarrba fil-proċess ta' tqattiegħ b'mod li huma jaffettwaw ir-riċiklaġġ bħala materjali,
—
tneħħija ta' ħġieġ.
5. Operazzjonijiet tal-ħażna għandhom jiġu mwettqa biex jevitaw ħsara lil komponenti li jkun fihom il-fluwidi jew komponenti li jistgħu jiġu rkuprati u partijiet spare. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|