+Artikolu 3 Kordinazzjoni ta' arranġamenti amministrattivi fi ħdan id-distretti tal-baċin tax-xmara
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.
---+Artikolu 3 8.
---+Artikolu 3 9.
|
Artikolu 3 Kordinazzjoni ta' arranġamenti amministrattivi fi ħdan id-distretti tal-baċin tax-xmara
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
L-istati Membri jridu jidentifikaw il-baċini individwali tax-xmara li qegħdin fi ħdan it-territorju nazzjonali tagħhom u, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, iridu jassenjawhom għal distretti tal-baċin tax-xmara individwali. Baċini żgħar tax-xmara jistgħu jiġu kombinati ma' baċini akbar tax-xmara jew magħquda ma' baċini żgħar fil-qrib biex jiġu ffurmati distretti ta' baċini tax-xmara individwali fejn xieraq. Fejn ilmijiet ta' taħt l-art ma' jsegwux bis-sħiħ baċin tax-xmara partikolari, iridu jiġu identifikati u assenjati ma' distrett tal-baċin tax-xmara l-aktar viċin jew l-aktar adattat. Ilmijiet tal-kosta jridu jiġu identifikati u assenjati ma' distrett jew distretti ta' baċin tax-xmara l-aktar viċin jew l-aktar adattat.
|
|
Artikolu 3 2.
|
L-Istati Membri jridu jiżguraw l-arranġamenti amministrattivi xierqa, inkluża l-identifikazzjoni ta' awtorità kompetenti xierqa, għall-applikazzjoni tar-regolamenti ta' din id-Direttiva fi ħdan kull distrett tal-baċin tax-xmara li qiegħed fi ħdan it-territorji tagħhom.
|
|
Artikolu 3 3.
|
L-Istati Membri jridu jiżguraw li baċin tax-xmara li jkopri it-territorju ta' aktar minn Stati Membru wieħed huwa assenjat għal distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara. Fuq talba tal-Istati Membri involuti, il-Kummissjoni trid taħdem biex tiffaċilita l-assenjament ma' dawn id-distretti internazzjonali tal-baċini ta' l-ilma. Kull Stat Membru jrid jiżgura l-arranġamenti amministrattivi xierqa, inkluża l-identifikazzjoni ta' awtorità kompetenti xierqa, għall-applikazzjoni tar-regolamenti ta' din id-Direttiva fi ħdan il-parti ta' kull distrett tal-baċin tax-xmara li qiegħed fi ħdan it-territorju tiegħu.
|
|
Artikolu 3 4.
|
L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali skond l-Artikolu 4, u partikolarment li l-programmi kollha tal-miżuri huma kordinati għad-distrett kollu tal-baċin tax-xmara. Għad-distretti internazzjonali tal-baċin tad-distrett l-Istati Membri konċernati jridu flimkien jiżguraw din il-kordinazzjoni u jistgħu, għal dan l-iskop, jużaw strutturi eżistenti li jiġu minn ftehim internazzjonali. Fuq talba tal-Istati Membri involuti, il-Kummissjoni trid tagixxi biex tiffaċilita t-twaqqif tal-programmi tal-miżuri.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Fejn distrett tal-baċin ta' l-ilma jestendi il-fuq mit-territorju tal-Komunità, l-Istat Membru jew l-Istati Membri konċernati jridu jagħmlu ħilithom biex iwaqqfu kordinazzjoni xierqa ma' Stati mhux-Membri relevanti, bil-mira li jiksbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva fid-distrett tal-baċin ta' l-ilma kollu. L-Istati Membri jridu jiżguraw l-applikazzjoni tar-regolamenti ta' din id-Direttiva fi ħdan it-territorju tagħhom.
|
|
Artikolu 3 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw korp nazzjonali jew internazzjonali eżistenti bħala awtorità kompetenti għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 3 7.
|
L-Istati Membri jridu jidentifikaw l-awtorità kompetenti sad-data imsemmija fl-Artikolu 24.
|
|
Artikolu 3 8.
|
L-Istati Membri jridu jipprovdu lill-Kummissjoni b'lista ta' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u tal-korpi internazzjonali kollha li fihom jipparteċipaw mhux aktar tard minnn sitt xhur wara d-data imsemmija fl-Artikolu 24. Għal kull awtorità kompetenti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I trid tkun provduta.
|
|
Artikolu 3 9.
|
L-Istati Membri jridu jinformaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil fl-informazzjoni provduta skond paragrafu 8 fi żmien tlett xhur bil-bidla li se tidħol fis-seħħ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|