|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.L-Istati Membri jridu jinkoraġġixxu l-involviment attiv tal-partijiet kollha interessati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment fil-produzzjoni, reviżjoni u aġġornament tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Stati Membri jridu jiżguraw li, għal kull distrett tal-baċin tax-xmara, iridu jippubblikaw u jagħmlu disponibbli għal kummenti lill-pubbliku, inklużi utenti:
(a)
orarju u programm tax-xogħol għall-produzzjoni tal-pjan, inkluż prospett tal-miżuri ta' konsultazzjoni li jridu jittieħdu, għall-anqas tlett snin qabel il-bidu tal-perjodu riferut mill-pjan;
(b)
deskrizzjoni interim tal-kwistjonijiet sinifikanti ta' l-immaniġġjar ta' l-ilma identifikat fil-baċin tax-xmara, għall-anqas sentejn qabel il-bidu tal-perjodu riferut fil-pjan;
(ċ)
kopji ta' abbozz tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara, għall-inqas sena qabel il-bidu tal-perjodu riferut fil-pjan. Fuq talba, aċċess irid jingħata għal dokumenti u informazzjoni ta' l-isfond użati għall-iżvilupp ta' l-abbozz tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|