|
+Artikolu 21 Tikkettjar ---+Article 21 1. ---+Article 21 2. ---+Article 21 3. |
Artikolu 21 TikkettjarArtikolu 21 Tikkettjar 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li l-istadji kollha ta' tpoġġija fis-suq, it-tikketjar u l-ippakkeġġjar ta' GMOs li tpoġġew fis-suq bħal jew fi prodotti josservaw dawn ir-rekwiżiti speċifikati fil-kunsens bil-miktub riferit fl-Artikoli 15(3), 17(5) u (8), 18(2) u 19(3). 2. Għall-prodotti fejn ma jistgħux jiġu esklużi traċċi aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ OĠM awtorizzati, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi limiti minimi li taħthom dawn il-prodotti ma għandhomx bżonn jiġu ttikkettati f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-livelli ta’ limitu għandhom jiġu stabbiliti skont il-prodott ikkonċernat. 3. Għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar dirett, il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal traċċi ta’ GMOs awtorizzati fi proporzjoni li ma tkunx ogħla minn 0,9 % jew limiti aktar baxxi, kemm-il darba dawn it-traċċi ikunu aċċidentali jew teknikament inevitabbli. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 29a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|