+Artikolu 5 L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ l-iskart
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ l-iskart
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tfassal programm għall-istudji pilota dwar l-importazzjoni u l-espostazzjoni ta’ l-iskart li jrid jitwettaq mill-Istati Membri. L-istudji pilota għandhom jimmiraw li jiżviluppaw metodoloġija sabiex tinkiseb informazzjoni regolari li trid tiġi rregolata mill-prinċipji ta’ l-istatistika Komunitarja, kif stabbilit fir-Regolament (KE)Nru 322/97.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Il-programm Komunitarju ta’ l-istudji pilota għandu jkun konsistenti mal-kontenut ta’ l-Annessi I u II, b’mod partikolari l-aspetti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskop u l-kopertura ta’ l-iskart, il-kategoriji ta’ l-iskart għall-klassifika ta’ l-iskart, is-snin u l-perjodiċità tar-riferiment, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tar-rappurtaġġ taħt ir-Regolament (KEE) Nru 259/93.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tiffinanzja sa 100 % l-ispejjeż tat-tmexxija ta’ l-istudji pilota.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-istudji pilota, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-possibbiltajiet li jiġu miġbura statistiċi għall-attivitajiet u l-karatteristiċi koperti mill-istudji pilota dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-iskart. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jikkompletawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).
|
|
Artikolu 5 5.
|
L-istudji pilota għandhom jiġu konklużi l-iktar tard sa żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan r-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002R2150
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|