+Artikolu 4 L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE

Artikolu 4 L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE

Artikolu 4

L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE

Id-Direttiva 96/61/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-paragrafu 10(b):

“Għall-għanijiet ta’ din id-definizzjoni, kull bidla jew estensjoni ta’ ħidma għandhom jitqiesu li jkunu sostanzjali jekk il-bidla jew l-estensjoni fihom infushom jissodisfaw l-għetiebi, jekk ikun hemm minnhom, iddikjarati fl-Annes I.”;

(b) għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“13. ‘il-pubbliku’ għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

14. ‘il-pubbliku interessat’ għandu jfisser il-pubbliku affettwat jew x’aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom; għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent u jissodisfaw kull ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;”

2. fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“— l-alternattivi prinċipali, jekk ikun hemm minnhom, studjati f’deskrizzjoni fil-qosor mill-applikant.”

3. l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku interessat jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċedura għal:

— il-ħruġ ta’ permess għal stallazzjonijiet ġodda,

— il-ħruġ ta’ permess għal kull bidla sostanzjali fil-ħidma ta’ stallazzjoni,

— l-aġġornament ta’ permess jew il-kondizzjonijiet ta’ permess għal istallazzjoni skond l-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13.

Il-proċedura ddikjarata fl-Anness V għanha tapplika għall-għanijiet ta’ din il-parteċipazzjoni.”;

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.  Meta tkun ittieħdet deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-pubbliku skond il-proċeduri approprjati u għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej:

(a) il-kontenut tad-deċiżjoni, inkluża kopja tal-permess u ta’ kull kondizzjoni u ta’ kull aġġornament sossegwenti; u

(b) wara li tkunu eżaminat it-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-publiku interessat, ir-raġunijiet ewliena u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni, inkluż it-tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.”;

4. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“L-Artikolu 13a

L-aċċess għall-ġustizzja

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat:

(a) li jkollu interess biżżejjed, jew alternattivament,

(b) li jżomm l-indebboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni;

ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.

Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 2(14) għandu jitqies biżżejjed għall-għan tas-subparagrafu (a) ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet kapaċi li jiġu indebboliti għall-għan tas-subparagrafu (b) ta’ dan l-Artikolu.

Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw il-ħtieġa ta’ l-eżawriment tal-proċeduri tar-rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rivista ġudizzjarja, meta teżisti din il-ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali.

Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.

Sabiex iżidu l-efettività tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi tagħrif prattiku jintgħamel disponibbli lill-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrativi u ġudizzjarji tar-rivista.”;

5. l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.  Meta Stat Membru jkun konxju illi l-ħidma ta’ stallazzjoni x’aktarx li jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor, jew meta Stat Membru li x’aktarx li jiġi affettwat b’mod sinifikanti hekk jitlob, l-Istat Membru li fit-territordju tiegħu kienet issottomessa l-applikazzjoni għal permess skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 12(2) għandu jibgħat lill-Istat Membru l-ieħor kull tagħrif meħtieġ li jrid jingħata jew magħmul disponibbli skond l-Anness V fl-istess waqt li jagħmlu disponibbli liċ-ċittadini tiegħu. Dan it-tagħrif għandu jservi bħala bażi għal kull konsultazzjoni meħtieġa fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ Stati Membri fuq bażi reċiproku u ekwivalenti.”

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.  Iridu jitqiesu r-riżultati ta’ kull konsultazzjoni skond il-paragrafi 1 u 2 meta l-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lil kull Stat Membru, li jkun ġie kkonsultat skond il-paragrafu 1, bid-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni u għandha tibgħatlu t-tagħrif riferit fl-Artikolu 15(5). Dan l-Istat Membui għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f’manjiera approprjata lill-pubbliku interessat fit-territorju tiegħu nnifsu.”;

6. għandu jiżdied l-Anness V, kif iddikjarat fl-Anness II ma’ din id-Direttiva.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.12.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0035
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.