Artikolu 5
Ir-Rappurtaġġ u r-rivista
Sal-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni u l-effikaċja ta’ din id-Direttiva. Bil-ħsieb li jżid il-ħtiġiet ta’ l-integrazzjoni tal-protezzjoni ambjentali, skond l-Artikolu 6 tat-Trattat, u filwaqt li jqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposti sabiex tiġi emendata din id-Direttiva, jekk approprjat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni trid tikkunsidra l-possibbiltà li jiġi estiż l-iskop ta’ din id-Direttiva għall-pjani u l-programmi l-oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent.